News

Disa’ Ħamisijiet ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

9 Ħamisijiet ta' talb (5)Anki din is-sena, il-komunità tas-Seminarju ta’ Għawdex qed torganizza ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika kull l-ewwel Ħamis tax-xahar.  L-iskop hu t-talb għall-Vokazzjonijiet.  L-ewwel Adorazzjoni ta’ din ix-xorta saret nhar il-Ħamis 2 ta’ Ottubru 2014.

Il-komunità stiednet lin-nies biex jiġu fis-6.30am għat-talb tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum u wara jibqgħu għall-Quddiesa li fi tmiemha saret l-espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija.  Tul il-ġurnata Ġesù baqa’ espost għall-adorazzjoni fis-skiet.  F’nofsinhar is-seminaristi flimkien man-nies preżenti talbu t-Talba ta’ Nofs il-Jum u fis-7.00pm is-seminaristi animaw siegħa b’talb partikulari għall-kawża tal-beatifikazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard.  L-Adorazzjoni ntemmet fl-10.00pm permezz tat-Talba ta’ Għeluq il-Jum u l-Barka Sagramentali.

Il-jum Adorazzjoni Ewkaristika li jmiss se jsir nhar il-Ħamis 6 ta’ Novembru u se jsegwi l-istess pogramm.

Ritratti

Share it on