Nhar il-Ħamis 14 ta’ April ġie organizzat is-seba’ Ħamis b’talb għal iktar vokazzjonijiet. Filgħodu bdejna bil-Quddiesa fil-Kappella tas-Seminarju u wara saret l-esposizzjoni li tat bidu għall-Adorazzjoni li ġiet fi tmiemha fl-4.00pm. Filgħaxija, kif kien ipprogrammat, ġiet organizzata siegħa Adorazzjoni fil-knisja ta’ San Lawrenz, f’San Lawrenz. Għaliha kienu mistiedna b’mod speċjali l-parruċċani. Fl-ewwel parti tal-Adorazzjoni, ir-Rettur qasam ma’ dawk preżenti ħsieb ta’ Dun Mikiel Attard fuq il-misteru kbir tal-Għid, bi promozzjoni għall-kawża tal-beatifikazzjoni tal-qaddej tiegħu. It-tieni parti tal-Adorazzjoni mexxewha s-seminaristi. Tulha sar ħsieb marbut ma’ dan iż-żmien tal-Għid li qed ngħixu u mas-Sena tal-Ħniena. Qabel il-Barka Sagramentali saru xi talbiet quddiem Ġesù Ewkaristija. L-Adorazzjoni li jmiss se ssir il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2016 filgħodu fis-Seminarju u fis-7.25pm fiż-Żebbuġ.
Prayer for Vocations at San Lawrenz
Thursday 14th April was the seventh Thursday of prayer for vocations. Mass was said in the morning at the Seminary Chapel. The Blessed Sacrament was then exposed and Adoration continued till 4.00pm. In the evening the programme continued with one hour adoration in the Parish Church of San Lawrenz. The parishioners attended this hour of prayer. In the first part, the Rector meditated on the works of Dun Mikiel Attard, related with the mystery of Easter. This is in line with the promotion for the cause of beatification of Dun Mikiel. The second part of the Adoration was led by the seminarians, who reflected on Eastertide and on the Year of Mercy. Prayers were said in the presence of the Holy Eucharist, followed by the Sacramental Blessing. The next meeting will be held on Thursday 12th May 2016. Activities will start in the morning at the Seminary and will proceed at 7.25pm at Żebbuġ.
Żmien ir-Randan fis-Seminarju
Iż-żmien liturġiku tar-Randan, minnu nnifsu hu żmien li jitlob eżerċizzju fit-talb, fis-sawm u fil-karità. Is-Seminarju, għal din is-sena wkoll, offra l-opportunitajiet kollha biex is-seminaristi, kemm fuq livell personali kif ukoll bħala komunità, ikunu jistgħu japprofittaw tajjeb minn dan iż-żmien. Fil-programm żdiedu l-mumenti tat-talb, fosthom it-talba ta’ nofs il-jum, il-Via Sagra u l-Via Matris. It-Tnejn 14 ta’ Marzu saret ukoll ċelebrazzjoni penitenzjali għas-seminaristi. L-Erbgħa 16 ta’ Marzu saret il-korrezzjoni fraterna u l-Via Sagra fuq l-Għolja t’Għammar. Din is-sena s-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw half day of recollection għall-istudenti tal-forms 3 u 4, tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù kif ukoll attività għall-istudenti tas-6th Form li żaru s-Seminarju. Kull nhar ta’ Ħamis, tul ir-Radan, is-seminaristi żaru wkoll l-eżerċizzi li kienu qegħdin jingħataw fil-parroċċi u fil-knejjes sabiex jiġbru l-offerta ġeneruża tal-poplu ta’ Alla għas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Fil-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa s-seminaristi kellhom l-irtir tagħhom u wara huma kellhom ħmistax vaganzi. Il-komunità rritornat fis-Seminarju nhar it-Tnejn 4 ta’ April 2016.
Ritratti
Lent at the Seminary
Lent is a liturgical time that in itself asks of the faithful prayer, fasting and charity. For this year too, the Seminary offered all the opportunities possible so that the seminarians can benefit from Lent, both on a personal level and on community level. The programme included more time dedicated to prayer, including the mid-day prayer, the Way of the Cross and the Via Matris. On Monday 14th March, the seminarians participated in a penitential celebration. On Wednesday 16th March, they took part in a session of fraternal correction and the Way of the Cross at Għammar. This year, the seminarians held a half day of recollection for Form 3 and Form 4 students of the Minor Seminary as well as an activity for the 6th Form students who visited the Seminary. On every Thursday of Lent, the seminarians visited churches and parishes where Lenten sermons were being delivered, to collect donations for the Major Seminary from the congregation. During Holy Week, the seminarians had a retreat and were on holiday for two weeks. The community returned to the Seminary on Monday 4th April 2016.
Images
Żjara mill-Komunità tas-Seminarju ta’ Malta fis-Seminarju ta’ Għawdex
Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu s-seminaristi Maltin flimkien mal-formators tagħhom żaru s-Seminarju ta’ Għawdex. Dan hu wieħed mill-ftit mumenti li fih is-seminaristi jkollhom mument ta’ fraternità flimkien.
Fr Tony Sciberras mssp mexxa l-adorazzjoni bit-talba tal-Għasar u wara kilna flimkien. Iż-żjara ntemmet permezz ta’ mument fratern flimkien. Ir-Rettur tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, ta’ Għawdex, Fr Tony Sciberras mssp, wera l-apprezzament tiegħu lill-komunità tas-Seminarju tal-Arċisqof, għaż-żjara tagħhom.
Ritratti
The Community of the Archbishop’s Seminary visits our Seminary
On Friday 11th March, our Seminary hosted the seminarians and formators of the Archbishop’s Seminary. This is one of the few instances when the communities of the two seminaries meet. Fr Tony Sciberras MSSP led the Adoration of the Blessed Eucharist and the Vespers. Then we had dinner together. Father Rector thanked the guests for their visit to our Seminary.
Images
Għeluq it-30 sena mid-Dedikazzjoni tal-Kappella tas-Seminarju
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu ħabat it-30 anniversarju mid-dedikazzjoni tal-kappella tas-Seminarju tagħna. Kien ukoll is-sitt Ħamis b’talb għal aktar vokazzjonijiet għal din is-sena. Filgħodu mexxa l-quddiesa r-Rettur u waqt l-omelija fakkar li aħna lkoll tempji tal-Ispirtu s-Santu. Wara, fetħet l-adorazzjoni li ġiet fi tmiema fl-4pm bil-Barka Sagramentali. Fis-5.45pm iltqajna fil-knisja parrokkjali tax-Xewkija għal siegħa adorazzjoni flimkien mal-ġemgħa miġbura. Fl-ewwel parti tal-adorazzjoni Fr Tony mssp għamel ħsieb fuq il-Vanġelu tal-ħames Ħadd tar-Randan, meħud minn waħda mill-omeliji ta’ Dun Mikiel Attard. Fit-tieni parti xi seminaristi komplew l-adorazzjoni permezz ta’ xi ħsibijiet marbuta ma’ dan iż-żmien qaddis u anke mat-tema tal-ħniena. L-adorazzjoni ntemmet permezz tal-Barka Sagramentali.
L-appuntament tagħna għal Ħamis ieħor b’talb għall-vokazzjonijiet hu għall-Ħamis 14 ta’ April fis-7.30pm, fil-knisja parrokkjali ta’ San Lawrenz.
The 30th Anniversary of the Dedication of the Seminary Chapel
Thursday 10th March was the 30th anniversary of the dedication of the Seminary chapel. This Thursday was also the sixth Thursday of prayer for Vocations. The day started with Mass said by our Rector who, in his homily, said that we are all temples of the Holy Spirit. The Holy Eucharist was then exposed for adoration. The Adoration at the Seminary Chapel came to an end by the Sacramental Blessing at 4pm. The Seminary community joined the congregation at Xewkija Parish Church for another hour of Adoration of the Blessed Eucharist at 5.45pm. In the first part, Fr Tony Sciberras MSSP shared his thoughts about the fifth Sunday of Lent. He based his thoughts on the works of Dun Mikiel Attard. In the second part, the seminarians talked about themes related with Lent and Mercy. The adoration ended with the Sacramental Blessing.
The next hour of prayer for Prayer for Vocations will be held on Thursday 14th April, at 7.30pm, at San Lawrenz parish church.
L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca jmur lura f’Dar il-Missier tas-Sema
Il-komunità tas-Seminarju miġbura waqt l-irtir tagħha tingħaqad fit-talb b’suffraġju għar-ruħ tal-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca, iben id-Djoċesi ta’ Għawdex.
Mons. Ġużeppi Mercieca twieled fil-Belt Victoria, fil-11 ta’ Novembru 1928. Studja fis-Seminarju ta’ Għawdex, u ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Marzu 1952. Kien għalliem fit-Teoloġija u l-Liġi Kanonika fis-Seminarju ta’ Għawdex, fejn mill-1958 sal-1969 kien ukoll Rettur. Mons. Mercieca ġie ordnat Isqof fid-29 ta’ Settembru 1974 u nnominat Arċisqof ta’ Malta fid-29 ta’ Novembru 1976. Huwa rtira minn Arċisqof fit-2 ta’ Diċembru 2006.
Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem ħalli jidħol jiċċelebra l-liturġija tas-Sema.
Archbishop Joseph Mercieca returns to the heavenly Father’s House
The community of the Major Seminary, Gozo, present at their Lent retreat, offer their prayers for the repose of the soul of Emeritus Archbishop Mgr Joseph Mercieca, distinguished son of the Diocese of Gozo.
Mgr Joseph Mercieca was born in Victoria, Gozo on the 11th November 1928. He received his education at the Gozo Seminary, and was ordained priest on the 8th March 1952. He taught Theology and Canon Law at the Gozo Seminary, and also served as Rector of the Seminary from 1958 to 1969. Mgr Mercieca was ordained Bishop on the 29th September 1974 and nominated Archbishop of Malta on the 29th November 1976. He retired on the 2nd December, 2006.
God grant him eternal rest and admit him to the celebration of the liturgy in Heaven.
Laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-Mażunerija
Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Marzu, Ms Susan Farrugia mexxiet laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-mażunerija. Din il-laqgħa kienet miftuħa wkoll għas-saċerdoti u anke għal-lajċi. Waqt il-laqgħa Ms Farrugia ppreżentat l-istorja tal-mażunerija u tat xi informazzjoni bażika dwar din ir-realtà oskura li tinsab preżenti fis-soċjetà tagħna.