News

15170885_640428182803136_7686722802396318811_nIl-manifestazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re din is-sena saret il-Ħadd 20 ta’ Novembru fir-Rotunda tax-Xewkija minħabba li t-temp ma ppermettiex li din issir kif kien ippjanat quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fil-Belt Victoria. Din saret ukoll fl-istess ġurnata li Papa Franġisku temm il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Waqt iċ-ċelebrazzjoni li saret madwar ix-xbieha ta’ Krsitu msallab, ġew irrkkontati diversi esperjenzi ta’ volontarjat li saru fis-sajf minn diversi gruppi. Fl-aħħar ta’ din iċ-ċelebrazzjoni Mons. Isqof fil-messaġġ tiegħu qal li Ġesù fuq is-salib huwa konferma ta’ x’kapaċi tagħmel soċjetà li ma tafx x’inhi l-ħniena. Hu saħaq li aħna għandna nkunu bnedmin li nagħrfu l-ħniena f’Ġesù fuq is-salib.

Ritratti

15170885_640428182803136_7686722802396318811_nThe diocesan manifestation on the occasion of the feast of Christ the King was held on Sunday 20th November. The celebration was held at the Xewkija Rotunda. The original plan to hold the celebration in the area in front of the Sanctuary of Our Lady of Graces in Victoria had to be cancelled due to adverse weather conditions. It coincided with the day on which Pope Francis ended  the extraordinary Jubilee of Mercy.  During the ceremony, which focused on the image of the Crucifix, various groups talked about their voluntary work experience during the summer. In his address, which rounded up the celebration, Bishop Grech said that the crucifixion of Christ is a confirmation of what a merciless society can do.  He emphasised that we all should identify mercy with the Crucified Christ.

Images

15240172_1501370466546190_935373133_nNhar is-Sibt 19 ta’ Novembru l-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju flimkien mas-Seminarju u voluntiera oħra organizzaw l-Ikla ta’ San Martin b’fundraising għas-Seminarju.  Din l-ikla għandha storja twila ħafna f’rabta mal-festa ta’ San Martin ta’ Tours li taħbat fil-11 ta’ Novembru.  Hi tradizzjoni antika li s-seminaristi, waqt din l-ikla ikunu l-waiters. Din is-sena wkoll, kien hemm numru sabiħ ta’ nies li attendew.  Fi tmiem l-ikla Mons. Isqof u Dun Richard N. Farrugia raddew ħajr lil kulħadd għall-preżenza tagħhom.

15240172_1501370466546190_935373133_nOn Saturday 19th November, the Aħwa Ħbieb tas-Seminarju together with some volunteers prepared a fund raising activity, St Martin’s Dinner. This activity has a long tradition and has always been related to the feast of St Martin of Tours which is celebrated on the 11th November. Many people attended this dinner which was served by the semarians, as dictated by tradition.  Mgr Bishop Grech and Fr Richard N. Farrugia rounded up the evening with words of gratitude to all the guests.

img_1363Bejn il-Ħadd, 6 u s-Sibt 12 ta’ Novembru, il-parroċċa ta’ San Lawrenz organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies saret enfasi fit-talb tal-komunita’ għall-vokazzjonijiet. Il-Ħamis 10 imbagħad, il-komunita’ kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew il-quddiesa ta’ filgħaxija u l-adorazzjoni fil-knisja parrokkjali fejn is-seminarista Gabriel Vella qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu.

Ritratti

img_1363From Sunday 6th to Saturday 12th November, the St Laurence Parish organized a week of prayer for vocations.  The prayers of the community  at Mass, said during the week, centred on vocations.  On Thursday 10th, the Seminary community led the evening Mass and the Adoration in the parish church. On this occasion Seminarian Gabriel Vella talked about his vocational experience.

Images

img_1052Bejn it-Tnejn 7 u l-Ġimgħa 11 ta’ Novembru is-Seminarju tagħna fetaħ il-bibien tiegħu għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji kemm dawk tal-Knisja u kemm dawk tal-istat. Waqt iż-żjajjar, is-seminaristi kienu jfiehmu lill-istudenti x’isir f’ dan il-post u jdawruhom dawra ma’ kull rokna tas-Seminarju, mill-Kċina sal-kmamar tas-seminaristi. Kienu mumenti sbieħ għax il-maġġoranza tal-istudenti qatt ma kienu raw dawn l-irkejjen fis-seminarju. Bħala tifkira ta’ dawn iż-żjajjar is-seminaristi ħejjew xi keychains bi frażi mill-vanġelu fuqhom li tgħid hekk: You are the light of the world! Dan sar sabiex jitwassal messaġġ, li s-sejħa ta’ Ġesu’ lil kull persuna hija sabiex ilkoll inkunu dawl fejn hemm id-dlam. Matul din il-ġimgħa ukoll xi seminaristi għamlu katekeżi permezz tal-arti fis-6th Form. Dawn il-katekeżi saru waqt il-lezzjonijiet tas-Systems of Knowledge fis-sezzjoni tal-arti.

Ritratti

img_1052From Monday 7th to Friday 11th November, our Seminary opened its doors to students from Church and State Secondary Schools.  During these visits, the seminarians showed the students every nook and cranny of the building and explained how they spend their day at the Seminary.  The majority of the students had never visited the Seminary building.  As a memento of these visits, the students were presented with a keychain on which the following phrase from the Bible is written: You are the light of the world! This phrase conveys the message that Jesus calls every person to be a beacon of light wherever there is darkness.  During the same week, the seminarians did “cathechesis through art” at the Post-Secondary School, during the lessons of the arts section of Systems of Knowledge.

Images

bannerNhar l-4 ta’ Novembru sebħet ġurnata ferm importanti għalina u għas-Seminarju tagħna – il-150 anniversarju mill-ftuħ tas-Seminarju tagħna. Il-ġurnata tista’ tgħid kienet maqsuma fi tlitt mumenti mportanti. L-ewwel mument kien il-Pontifikal immexxi mill-Isqof Mario Grech fil-Katidral sabiex jitfakkar dan il-jum tant għażiż u bħala ringrazzjament lil Alla ta’ dawn is-snin kollha. Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm, uħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż flimkien mal-istudenti kollha tal-iskola tas-Seminarju Minuri. Waqt l-omelija l-Isqof saħaq fuq l-importanza li aħna nagħrfu li għal Alla kollox hu possibli. Wara, fis-Seminarju tagħna inżamm pranzu għall-qassisin kollha fejn lejn it-tmiem l-Isqof ikkomunika lil dawk preżenti xi nomini ġodda fi ħdan id-djoċesi tagħna. Filgħaxija saret adorazzjoni speċjali fil-kamerata jiġifieri fil-post fejn jgħixu s-seminaristi li għaliha kienu mistednin speċjali l-istudenti l-kbar tal-gruppi tal-vokazzjonijet, l-ġenituri tagħna u anke l-benefatturi tas-Seminarju tagħna.

Ritratti

15049932_10208194281280869_106117913_nNovember 4th was a red letter day for us and for our Seminary – it marked the 150th anniversary of the founding of our Seminary.  The day was marked by three important moments.  The first was the Pontifical Mass led by Bishop Mario Grech at the Gozo Cathedral to commemorate this day so dear to us and to give thanks to God for the Seminary’s 150 years.  Members of the higher authorities of the Nation together with all the students of the Minor Seminary Secondary School were present for the Mass.   During his homily, Bishop Grech stressed the importance of us knowing that nothing is impossible for God.

Later, all the priests were invited to luncheon at the Seminary.  At the end of the luncheon,
the Bishop announced to all present the new nominations for the diocese.

In the evening the Blessed Sacrament was exposed for adoration at the kamerata, the place where the seminarians live.  The older student members of the Vocations Groups, parents and benefactors of the seminary were invited for this adoration.

Images

15049932_10208194281280869_106117913_nNovember 4th was a red letter day for us and for our Seminary – it marked the 150th anniversary of the founding of our Seminary.  The day was marked by three important moments.  The first was the Pontifical Mass led by Bishop Mario Grech at the Gozo Cathedral to commemorate this day so dear to us and to give thanks to God for the Seminary’s 150 years.  Members of the higher authorities of the Nation together with all the students of the Minor Seminary Secondary School were present for the Mass.   During his homily, Bishop Grech stressed the importance of us knowing that nothing is impossible for God.

Later, all the priests were invited to luncheon at the Seminary.  At the end of the luncheon, img_0926the Bishop announced to all present the new nominations for the diocese.

In the evening the Blessed Sacrament was exposed for adoration at the kamerata, the place where the seminarians live.  The older student members of the Vocations Groups, parents and  benefactors of the seminary were invited for this adoration.

Images

15034149_1481354338547803_1640046684_oNhar l-Erbgħa 2 ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika ċċelebrat it-Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha. F’din l-okkażjoni, il-komunita’ tas-Seminarju ċċelebrat Quddiesa fil-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Parroċċa tax-Xewkija. Waqt il-Quddiesa, il-viċi-rettur qasam riflessjoni fuq din il-festa fejn enfasizza l-importanza li n-nisrani jagħraf l-iskop li għalih qed jgħix u jifhem li fuq din l-art huwa biss pellegrin għax id-destinazzjoni aħħarija tiegħu hi s-sema. Wara il-Quddiesa żorna l-oqbra li jinsabu f’dan iċ-ċimiterju filwaqt li tlabna flimkien.