News

From Sunday 19th to Saturday 25th February the Għasri Parish hosted a week of prayer for vocations.  During the week, special prayers for vocations were said during Mass.  On Thursday 23rd, the Seminary community and their superiors led the Adoration of the Blessed Sacrament. The children who attend the religion lessons took part in this session of prayer which was followed by Mass.  Seminarian Gabriel Vella talked to the children about his call for priesthood.

Images

16473919_673995746115060_9057969067010761787_nKif kien ġie mħabbar fl-aħħar xhur, l-għeluq tas-sena formattiva tas-Seminarju għal din is-sena se jkun wieħed mhux tas-soltu għaliex nhar il-21 ta’ Ġunju li ġej il-komunità tas-Seminarju se tħalli lil Malta sabiex tmur tagħmel esperjenza volontarja fil-missjoni ta’ Dun Anton Grech fil-Gwatemala. Bħala parti mill-preparazzjoni għal din il-missjoni, is-Seminarju se jkun qed jorganizza diversi attivitajiet ta’ fundraising.

L-ewwel attività li saret kienet mixja ta’ ħmistax-il kilometru mis-Seminarju għal Ta’ Pinu imbagħad għaddiet għall-Wied il-Għasri u Marsalforn u lura fis-Seminarju. Mal-wasla fis-Seminarju kulħadd sab tistennieh xi belgħa kafè jew tè u xi pasta! Il-parteċipanti kienu mitluba jagħtu donazzjoni libera, b’dik proposta mis-Seminarju kienet ta’ 15-il ewro. Din il-mixja saret nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar u damet għal madwar tlett sigħat. Minn qalbna nixtiequ nirringrazjaw lil kull minn ħa sehem. Il-parteċipanti kienu madwar tmenin persuna.

L-attività li jmiss se tkun Carwash li se ssir is-Sibt 18 ta’ Marzu bejn id-9.00am u s-6.00pm fil-parking tal-Arkadia u fil-parking tal-Iskola Agius de Soldanis. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jipparteċipa! Narawkom!

Ritratti

16473919_673995746115060_9057969067010761787_nAs announced earlier, the end of the current formative year at the Seminary will have a missionary characteristic since on the 21st June the Seminary community will be leaving Malta on a voluntary experience in the Mission of Fr Anton Grech in Guatemala.  As part of the preparations for this experience, the Seminary will be holding various fundraising activities.

The first activity was held on Sunday 12th February.  It was a fifteen kilometre walk starting from the Seminary, proceeding to Ta’ Pinu, to Wied l-Għasri and Marsalforn and ending at the Seminary, where the participants were offered a cup of coffee and a piece of cake.  The participants were free to give a donation, preferably not less than €15.  The walk started at 2.00pm and ended at 5.15pm.

The next activity will be a Carwash, held on Saturday 18th March, from 9.00am to 6.00pm, at the parking space at Arkadia and the school ground.  We look forward to meeting you!

Images

 

IMG_3397Is-seminaristi temmew l-ewwel semestru għal din is-sena nhar il-Erbgħa 25 ta’ Jannar. Bħal dejjem, tmiem ta’ perjodu ta’ studju jġib miegħu l-eżamijiet.  Dawn saru bejn is-Sibt 28 ta’ Jannar u l-Ħamis 9 ta’ Frar.  Fi tmiem l-eżamijiet il-komunità kellha jumejn ta’ mistrieħ f’Malta.  B’dan il-mod kulħadd kien ippreparat biex jagħti bidu għat-tieni semestru ta’ studju, li beda nhar it-Tnejn 13 ta’ Frar.

 

Ritratti

IMG_3397This year, the first semester came to an end on Wednesday 25th January.  As always, the end of a study period is marked by examinations.  The examinations were held between Saturday 28th January and Thursday 9th February.  The examinations were followed by holidays which we spent in Malta.  This break served to spur us on for the start of the second semester of study which started on Monday 13th February.

Images

 

IMG_3260Il-komunità tas-Seminarju nhar it-Tlieta 24 ta’ Jannar attendiet għall-konferenza li saret mill-Kardinal Gianfranco Ravasi bil-titlu It-Tempju u l-Pjazza – Twemmin, kultura u soċjetà. Din it-taħdita kienet organizzata mill-Patrijiet Agostinjani f’Malta li qegħdin jiċċelebraw il-200 sena minn meta twaqqfet il-Provinċja Agostinjana Maltija. Din it-taħdita saret fis-Sala tal-Iskola tas-Sorijiet Agostinjani fil-Gżira. Qabel it-taħdita is-seminaristi kellhom iċ-ċans jiltaqgħu u jitkellmu ftit mal-Kardinal.

IMG_3260On Tuesday 24th January, the Seminary community attended a talk given by Cardinal Gianfranco Ravasi.  The talk was about The Temple and the square – Belief, culture and society.  The Cardinal was the guest of the Maltese Augustian Community who are celebrating  200 years since the Maltese Province was set up as an independent Province from the Sicilian Province. The talk was held in the hall of the Augustinian Nuns in Gzira.  Before the talk started, the seminarians had the opportunity to meet the Cardinal.

IMG_2130Kien eżattament nhar it-18 ta’ Jannar 1987 li Sr Giuseppina spostat ruħha mill-Casa Madre, għas-Seminarju. Minn hemm hi bdiet isservi fil-kċina tas-seminarju billi flimkien ma’ erba’ sorijiet oħra kienet tipprpara l-ikel għas-seminaristi. Aktar ma għadda ż-żmien kienu diversi s-sorijiet li ċċaqilqu iżda hi baqgħet isservi fis-seminarju u dan dejjem għamlitu bi mħabba kbira. Illum tletin sena wara, Sr Giuseppina flimkien ma Sr Pier Antonia, għadha tħabbrek sabiex tara li s-seminaristi ma jkun jonqoshom xejn speċjalment dak li għandu x’jaqsam mal-ikel.

Għalhekk, nhar it-Tlieta 17 ta’ Jannar, fis-seminarju tagħna ċċelebrajna dan l-anniversarju permezz tal-Ewkaristija li mexxa r-rettur flimkien mal-formators u wara ċena tal-okkażjoni. Kien mument verament sabiħ. Minn qalbna nirringrazzjaw lil Sr Giuseppina u  nawgurawlha iktar ħidma fostna. Ad Multos Annos!

Ritratti

IMG_2130On January 18th, 1987, Sr Giuseppina left the Casa Madre to start service at the Seminary.  Together with four other nuns, she used to prepare lunch for the seminarians.  Throughout the years, many nuns have been called to offer their service in other places but Sr Giuseppina has never left the Seminary and she has always given her service with dedication.  Thirty years on, together with Sr Pier Antonia, she is still at the Seminary, to see that the seminarians are well looked after and well fed!  So, on Tuesday 17th January, the Seminary celebrated this anniversary with Mass concelebrated by the Rector together with the formators. Dinner followed.  It was a moment worth celebrating.  We heartily thank Sr Giuseppina for her service and we hope she will be with us for long.  Ad Multos Annos!

Images

IMG_3186Bejn l-Erbgħa 18 u l-Erbgħa 25 ta’ Jannar il-Knisja ċċelebrat il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara.  Il-komunità tas-Seminarju organizzat diversi mumenti ta’ talb biex titqajjem awareness fost is-seminaristi fuq it-tema tal-ekumeniżmu.  Is-seminaristi pparteċipaw ukoll fis-servizz ekumeniku li jiġi organizzat ta’ kull sena fil-knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat.

IMG_3186In the week between Wednesday 18th January and Wednesday 25th January, the Church celebrated a week of prayer for unity among Christians.  The Seminary community organized various prayer meetings to raise an awareness of ecumenism among the seminarians.  The seminarians participated also in an ecumenical service  which is held every year at Saint Augustine Church in Victoria.

IMG_3169Nhar is-Sibt 14 ta’ Jannar is-saċerdoti Għawdxin inġabru fis-Seminarju għall-awgurju tal-bidu tas-sena.  Mons. Isqof jieħu din l-okkażjoni biex jawgura s-sena t-tajba lis-saċerdoti kif ukoll iwassal il-messaġġ tiegħu fil-bidu tas-sena l-ġdida. Mons. Isqof tenna li s-saċerdot għandu jkun dak li jifforma il-kuxjenzi u mhux jeħdilhom posthom. Id-dixxerniment għandu jkun wieħed personali. Hu kompla jgħid li s-saċerdot għandu japplika l-arti tal-poroposta tal-verità filwaqt li jistenna b’sabar lill-penitent sabiex japplikaha. L-Isqof qara ukoll il-linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ kapitlu tmienja tal-Amoris Laetitia li ġew ippubblikati ġurnata qabel minnu u mill-Arċisqof ta’ Malta. Is-seminaristi attendew ukoll għal din l-attività.

Ritratti