News

When the MATSEC examinations were over, the Seminary community invited the members of the Vocations Group of the diocese for an evening of prayer in the Seminary chapel. This event took place  on Tuesday, 23rd May. The seminarians led the Adoration of the Blessed Sacrament.  Then a barbecue followed, prepared by the seminarians themselves, on the roof of the Seminary.  The Seminary formators were also present. It was a really relaxing evening!

IMG_3076Il-programm tas-Sibt 20 ta’ Mejju kien xi ftit differenti minn tas-soltu.  Il-komunità sebħet kmieni sabiex tagħmel il-pellegrinaġġ annwali lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-Għarb. L-atmosfera kalma ta’ filgħodu għenet sabiex il-komunità titlob it-talba tar-Rużarju, tant mixtieqa minn Marija.

Fi tmiem il-pellegrinaġġ il-komunità nġabret fil-kappella tad-dehra fis-Santwarju Ta’ Pinu u hemm ġiet iċċelebrata l-Quddiesa.  Wara l-Vanġelu, b’id waħda fuq il-Kelma ta’ Alla, quddiem ix-xbieha tal-Assunzjoni ta’ Marija u fil-preżenza tal-Ewkristija, is-seminarista Joseph Hili, u d-djakni Michael Grima u Carl Scerri, għamlu l-wegħdiet ta’ qabel l-Ordinazzjoni Djakonali u Presbiterali rispettivament.

Id-djakni Michael u Carl se jiġu ordnati presbiteri fil-Katidral ta’ Għawdex nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju.  Is-seminarista Joseph se jiġu ordnat djaknu fl-istess Katidral nhar il-Ħamis 15 ta’ Ġunju.

Ritratti

 

IMG_3076The programme of Saturday, May 20th was different from that of other Saturdays.  The community set off early in the morning on a pilgrimage to the Sanctuary of Our Lady of Ta’ Pinu at Għarb.

The stillness of the morning helped the community concentrate on the reciting of the Rosary, a prayer which is greatly treasured by Our Lady.  At the end of the pilgrimage, the community gathered in the inner chapel of the Sanctuary where Mass was said.  After the reading of the Gospel, seminarian Joseph Hili and Deacons Michael Grima and Carl Scerri placed their hand on the Bible and, in front of the holy picture of The Assumption of Our Lady and in the presence of the Holy Eucharist, made their vows prior to their ordination.  Deacons Michael Grima and Carl Scerri are to be ordained priests on Friday 26th May.  Seminarian Joseph Hili is to be ordained deacon on Thursday 15th June.  The ordination ceremonies are to be held at the Gozo Cathedral.

Images

 

bbbbb

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ fundraising għall-Gwatemala, nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju saret Sunday Funday ġewwa Ta’ Mena Estate f’ Marsalforn. Għal din l-attività attendew ħafna nies speċjalment familji bi tfal żgħar. L-attività bdiet filgħodu fl-10.30am b’quddiesa mmexxija mir-rettur u mbagħad issoktat b’ġurnata ta’ divertiment minn diversi kantanti, bands lokali u logħob organizzat għat-tfal. Kien hemm ukoll stands tal-ikel, tax-xorb u bela’ kafè u pasta ma naqsitx!

Ritratti

bbbbbAs part of the fundraising activities for Guatemala, a Sunday Funday was held at Ta’ Mena Estate in Marsalforn on Sunday, May 7th.  Many people, including families with small children, met at the venue during the day.  The activity started with the 10.30 Mass said by the Rev. Rector of the Seminary and then proceeded with various slots, including singing and games for children. At the venue there were also stands which offered delicacies, beverages, coffee and pastries.

Images

Nhar il-Ġimgħa 28 u s-Sibt 29 ta’ April sar weekend ta’ formazzjoni umana fil-Kunvent tal-patrijiet tal-MSSP fiż-Żebbuġ. Dan tmexxa minn Ms Maria Vella. Is-seminaristi kellhom ħin ta’ riflessjoni u sharing fuq il-materjal li ingħatalhom.

On Friday 28th and Saturday 29th April, the seminarians shared a weekend dedicated to Human Formation, held at the MSSP Convent at Zebbug.  Ms Maria Vella led the sessions of reflection and sharing on topics discussed during the weekend.

IMG_2441Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu, is-seminaristi Maltin flimkien mal-formators tagħhom żaru s-Seminarju ta’ Għawdex.  Dan hu wieħed mill-ftit mumenti li fih is-seminaristi Maltin u Għawdxin jkollhom mument ta’ fraternità flimkien.

Dun Richard N. Farrugia mexxa l-quddiesa u wara kilna flimkien. Mons. Isqof Mario Grech kien preżenti magħna għall-ikla. Iż-żjara ntemmet permezz ta’ mument fratern flimkien. Dun Richard, wera l-apprezzament tiegħu lill-komunità tas-Seminarju tal-Arċisqof, għaż-żjara tagħhom.

Ritratti

IMG_2441On Saturday 4th March, the Maltese Seminarians and their formators visited the Gozo Seminary.  This is one of the rare occasions when the seminarians of the two Seminaries  meet.  Fr Richard N. Farrugia led the Mass and then we had dinner.  Bishop Grech joined us at dinner.  An informal gathering followed.  Our Rector thanked the guests for their visit to our Seminary.

Images

IMG_2422Mument sabiħ fis-Seminarju kien it-Tlieta 28 ta’ Frar, lejliet Ras ir-Randan, meta saret it-tħabbira tar-Randan Imqaddes.

Fil-bidu ta’ din iċ-ċelebrazzjoni li tmexxiet mir-Rettur, Dun Richard N. Farrugia, l-artal u l-ambone ġew imlibbsa għal dan iż-żmien liturġiku. Ir-Rettur għamel spjegazzjoni tas-silta tal-Vanġelu tal-Ewwel Ħadd tar-Randan (Mt 4:1-11). Ma naqasx ukoll il-kant ta’ innijiet marbuta ma’ dan iż-żmien.  Wara, ir-Rettur indika xi tibdiliet fil-programm tal-komunità, li kellhom jieħdu posthom tul ir-Randan, biex ifakkruna li dan hu żmien speċjali.

Ritratti

Mill-Ħadd 19 sas-Sibt 25 ta’ Frar il-parroċċa tal-Għasri organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies sar talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Il-Ħamis 23 imbagħad, il-komunità kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew l-adorazzjoni li fiha ħadu sehem it-tfal tad-duttrina u wara quddiesa. Is-seminarista Gabriel Vella qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu lit-tfal waqt l-adorazzjoni.

Ritratti

IMG_2422On Tuesday 28th February, on the eve of Ash Wednesday, we assisted to the announcement of Lent.  The celebration was led by Rector Fr Richard N. Farrugia.  At the beginning of the celebration, the main artal and the ambon were dressed in their Lenten array.  The Rector shared his thoughts on the reading from the Gospel of the First Sunday of Lent (Mt 4:1-11).  The community joined in the singing of hyms related with this time of year.  Afterwards, the Rector announced some changes in the normal schedule, to remind us that the Lenten season is a special time in the Liturgical calendar.

Images