Tul is-Sena tal-Fidi s-Seminarju Maġġuri qed jorganizza xi korsijiet ta’ formazzjoni. Dawn huma miftuħa għal-lajċi, għall-persuni kkonsagrati u għas-saċerdoti. L-ewwel kors, Nerġgħu niskopru l-Konċilju Vatikan II, mifrux fuq tmint ijiem (mhux konsekuttivi), beda s-Sibt 3 ta’ Novembru u għandu jintemm l-Erbgħa 28 ta’ Novembru. Fr John Anthony Berry SThD qed imexxi dan il-kors. It-tieni kors, Il-Fidi fl-esperjenza tal-Knisja u tan-Nisrani, se jkun immexxi ukoll minn Fr John Anthony Berry SThD u mifrux fuq tmint ijiem (mhux konsekuttivi) bejn l-Erbgħa 16 ta’ Jannar u s-Sibt 9 ta’ Frar 2013. L-aħħar kors, Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, se jkun immexxi minn kelliema varji u se jkun mifrux ukoll fuq tmint ijiem (mhux konsekuttivi) din id-darba bejn l-Erbgħa 10 ta’ April u s-Sibt 4 ta’ Mejju 2013. Min jixtieq aktar informazzjoni fuq dawn il-korsijiet jirreferi għall-fuljett anness.