News

Barbikju għall-Istudenti tal-Grupp Vokazzjonali tad-Djoċesi

Fi tmiem l-eżamijiet tal-MATSEC l-istudenti tal-Grupp Vokazzjonali tad-Djoċesi ġew mistiedna fis-Seminarju għal mument ta’ talb u għal barbikju flimkien mal-Komunità tas-Seminarju.  It-Tlieta 24 ta’ Mejju filgħaxija l-istudenti ngħaqdu mas-seminaristi fil-kappella tas-Seminarju fejn sar mument ta’ adorazzjoni li inkorpora fih it-talb tas-Salmi.  Dan it-talb sar b’tali mod li l-istudenti setgħu jidħlu f’ambjent ta’ riflessjoni u jimmeditaw fuq dawn is-siltiet sbieħ mill-Iskrittura.  Fi tmiem l-adorazzjoni dawk kollha preżenti, flimkien mal-formators u ma’ Mons. Isqof telgħu fuq il-bejt tas-Seminarju, fejn is-seminaristi ħadu ħsieb iħejju barbikju.

Share it on