Nhar is-Sibt 17 ta’ Jannar is-saċerdoti Għawdxin inġabru fis-Seminarju għall-awgurju tal-bidu tas-sena. Mons. Isqof jieħu din l-okkażjoni biex jawgura s-sena t-tajba lis-saċerdoti kif ukoll iwassal il-messaġġ tiegħu fil-bidu tas-sena l-ġdida. Din is-sena Mons. Grech ħeġġeġ lis-saċerdoti biex ikomplu joħorġu mill-ambjenti tagħhom sabiex jilħqu lill-persuni l-aktar imbiegħda, dawk li l-aktar jeħtieġu l-aħbar it-tajba. Is-seminaristi wkoll kienu mistiedna għal din l-attività.