News

Awgurju għal sena ġdida

IMG_7150Nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar is-saċerdoti Għawdxin inġabru fis-Seminarju għall-awgurju tal-bidu tas-sena.  Mons. Isqof jieħu din l-okkażjoni biex jawgura s-sena t-tajba lis-saċerdoti kif ukoll iwassal il-messaġġ tiegħu fil-bidu tas-sena l-ġdida. Mons. Isqof saħaq li l-Knisja trid tqiegħed idejha fost l-oħrajn fuq il-laħam tal-marid, ta’ min hu bla xogħol, ta’ min qed ibati l-inġustizzja, ta’ min qiegħed f’relazzjoni affettiva irregolari u ta’ min għandu kriżi ta’ fidi. L-Isqof kompla billi qal li d-diskors dwar Alla jsir ħafna astratt jekk mhux ukoll kiebi, meta jkun distakkat mill-esperjenza umana. Żied jgħid li lill-bniedem wieħed jista’ jifhmu u jirrispettah biss fl-isfond tal-infinit. Is-seminaristi attendew ukoll għal din l-attività.

Ritratti

Share it on