News

The 19th March was Sports Day for all Gozitan altar boys. The sports activities were organised by the seminarians and various university and sixth form students, together with  Fr Michael Curmi, Director for Vocations.  The activities were held in the gym next to the Seminary and lasted from 9am to 2pm.  About 120 altar boys from almost all churches and parishes of Gozo joined in.  The day started with a short talk by Fr Michael Curmi.  The participants were divided into four different teams. Then followed a series of games among the four different teams.  Chris Camilleri, a Gozitan football player, gave a show of football skills.  At the end of the activity all the partecipants received a medal as a memento.

Images

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar 2012, l-ewwel Ħadd tar-Randan, Mons. Isqof Mario Grech ta l-ministeru tal-Lettorat lis-seminarista Daniel Sultana mill-parroċċa tax-Xagħra u l-ministeru tal-Akkolitat lis-seminarista Gabriel Gauci mill-parroċċa ta’ Kerċem.  Il-ministeri ngħataw waqt konċelebrazzjoni fil-parroċċa ta’ Kristu Salvatur, fl-Għasri.  Waqt l-omelija tiegħu Mons. Isqof qal: “Kif fid-deżert Kristu kien imġarrab, hekk ukoll jiġri lid-dixxipli tiegħu, speċjalment lil dawk li huwa jagħżel għalih!  Importanti li aħna nxandru lil Kristu sħiħ!  F’epoka bħal din tagħna, mhix daqshekk remota t-tentazzjoni li, biex jogħġbu lill-massa, il-ħabbara tal-Vanġelu jaslu li jipprietkaw parti biss mill-verità.  Dan mhux biss ikun imur kontra l-lealtà tagħna lejn Alla li sejħilna u bagħatna, imma wkoll kontra dik lejn il-bnedmin, għax b’dan il-mod inkunu nkattru n-nixfa spiritwali.”

 

Ritratti

On Sunday, 26th February 2012, the first Sunday of Lent, H.L. Mgr Bishop Mario Grech bestowed the ministry of Lectorate to seminarian Daniel Sultana, who hails from the parish of Xagħra, and the ministry of Acolytate to seminarian Gabriel Gauci from the parish of  Kerċem.  During the homily, Mgr Grech stated that: “Christ’s disciples, especially those whom he has chosen to be His, will be tempted just as Christ himself was tempted in the desert!  It is important that we preach Christ holistically!  In an era like ours, there is the tendency that, in order to accomadate the masses, the preachers of the Gospel preach only part of the truth.  Such an attitude does not go only against our loyalty to God who called us and who sent us to preach, but also against the loyalty to mankind, since in this way we would be perpetuating a spiritual drought.”

 

Images

Bejn l-14 u s-16 ta’ Frar 2012 is-Seminarju Maġġuri, flimkien mal-Kummissjoni Kleru, organizza tlett ijiem ta’ aġġornament għall-Kleru bit-tema: “Bin il-bniedem se jsib fidi fuq l-art meta jiġi?” (Lq 18,8).  Dan sar bi tħejjija għas-Sena tal-Fidi mnedija mill-Papa Benedittu XVI u li se tiftaħ f’Ottubru li ġej, kif ukoll bi tħejjija għall-viżta pastorali li Mons. Isqof Mario Grech se jagħmel fid-djoċesi ta’ Għawdex fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi.  Fl-ewwel jum tkellem Fr Hector Scerri SThD dwar “L-esperjenza tal-fidi, fid-dawl tal-ittra appostolika ‘Porta fidei’ tal-Papa Benedittu XVI”.  Fit-tieni jum tkellem Fr Renè Camilleri SThD dwar “L-evanġelizzazzjoni l-ġdida”, u fit-tielet jum il-Prof. Oliver Friggieri dwar “Il-proposta tal-fidi lis-soċjetà Maltija tal-lum u ta’ għada”.  Il-laqgħat saru fis-sala tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù u għalihom attendew għadd sabiħ ta’ saċerdoti djoċesani u reliġjużi kif ukoll is-seminaristi.

 

Between the 14th and the 16th June 2012, the community of the Major Seminary, together with the Commission of Members of the Clergy, organised a gathering for members of the Clergy.  The theme of the gathering was:  “Will the Son of God find faith on Earth when he comes” (Lk 18,8).  The aim of this gathering was to prepare the members of the Clergy for the Year of Faith, launched by Pope Benedict XVI and which is to start next October, and for Mgr Bishop Mario Grech’s pastoral visit in the diocese of Gozo on the occasion of the launching of the Year of Faith.  On the first day, Fr Hector Scerri SThD spoke on The experience of faith, based on the apostolic letter “Porta fidei” of Pope Benedict XVI.  On the second day, Fr René Camilleri SThD lectured on “the new evangelisation”.  On the third day, Prof Oliver Friggieri talked about “the proposal of faith to Maltese society of the present day and of the future”. The talks were held in the hall of the Seminary of The Sacred Heart and various priests, members of religious orders and the seminarians attended the gathering.

Nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar 2012 Don Carlo Bresciani ta konferenza lill-membri tal-Kleru u s-seminaristi fis-sala tas-Seminarju bit-tema: “Il-grazzja tibni fuq in-natura”.  Don Carlo huwa r-Rettur tas-Seminarju ta’ Brescia, fl-Italja, u Direttur tal-Istituto Superiore per Formatori.   Fost l-oħrajn huwa qal: Sappiamo che la formazione permanente non riguarda solo la continua preparazione spirituale, teologica e pastorale richiesta dal veloce mutamento che interessa tutta la nostra società, ma coinvolge anche la nostra umanità. […] L’umanità del prete è la mediazione naturale della grazia! – una descrizione certo bella, ma molto impegnativa. […] L’umanità del prete spesso si manifesta di fatto determinante sia per la vita buona nel ministero, sia per l’efficacia della sua azione pastorale.” Wara l-konferenza huwa kellu wkoll laqgħa informali mas-seminaristi fejn wieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom.

Ritratti

 

On Saturday 18th January 2012,  the Seminary hall hosted a conference addressed by Don Carlo Bresciani, Rector of the Seminary of Brescia in Italy and Director of the Istituo Superiore per Formatori. Members of the clergy and the seminarians attended the conference.  Amongst other things, Don Carlo Bresciani said: Sappiamo che la formazione permanente non riguarda solo la continua preparazione spirituale, teologica e pastorale richiesta dal veloce mutamento che interessa tutta la nostra società, ma coinvolge anche la nostra umanità. […] L’umanità del prete è la mediazione naturale della grazia! – una descrizione certo bella, ma molto impegnativa. […] L’umanità del prete spesso si manifesta di fatto determinante sia per la vita buona nel ministero, sia per l’efficacia della sua azione pastorale.”  In an informal meeting with the seminarians, held after the conference, Don Bresciani answered questions set to him by the seminarians.

Images