News

All Souls' Day (4)Nhar s-Sibt 2 ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika ċċelebrat it-Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha. F’din l-okkażjoni, il-komunita’ tas-Seminarju ċċelebrat Quddiesa fil-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Parroċċa tal-Għarb.

Waqt il-Quddiesa, ir-rettur qasam riflessjoni fuq din il-festa fejn enfasizza l-importanza li n-nisrani jagħraf l-iskop li għalih qed jgħix u jifhem li fuq din l-art huwa biss pellegrin għax id-destinazzjoni aħħarija tiegħu hi s-sema.

Wara il-Quddiesa żorna l-oqbra li jinsabu f’dan iċ-ċimiterju fejn waqafna u tlabna fost l-oħrajn fuq il-qabar tal-familja Mifsud fejn jinsab midfun missier s-seminarista Christian Mifsud li bħalissa qiegħed jagħmel l-esperjenza tas-sena intermedjarja.

 

Ritratti

All Souls' Day (4)On Saturday 2nd November, the Catholic Church celebrated All Souls’ Day.  On this occasion, the community of the Seminary celebrated Mass at the Chapel of Għarb cemetery.

During Mass, the rector reflected on this feast, emphasizing how important it is for the Christian to understand the reason why he is alive and to realize that he is only a pilgrim on earth, Heaven being his final destination.

After Mass, we paid our respects to the deceased buried in this cemetery. We prayed on the tomb of family Mifsud where the father of Christian Mifsud, a Seminarian who is at present in his intermediate year, is buried.

 

Images

Week of Prayer for Vocations at the Parish of Fontana (15)Bejn il-Ħadd, 27 t’Ottubru u l-Ġimgħa l-1 ta’ Novembru, il-komunita’ tas-Seminarju organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa tal-Fontana, iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu’. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies saret enfasi fit-talb tal-komunita’ għall-vokazzjonijiet.

F’din l-esperjenza, s-seminaristi ltaqgħu mat-tfal tad-duttrina fejn qasmu magħhom riflessjonijiet fuq is-sejħa li Alla għandu għal kull wieħed minna.

Il-Ħamis imbagħad, il-komunita’ kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew il-quddies ta’ filgħaxija fil-knisja parrokjali fejn is-seminarista Mario Mercieca qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu. Wara l-Quddiesa imbagħad ġiet organizzata nofs siegħa adorazzjoni.

 

Ritratti

Week of Prayer for Vocations at the Parish of Fontana (15)Between Sunday 27th October and Friday 1st November, the community of the Seminary organised a week of prayer for vocations at the parish of Fontana, dedicated to the Sacred Heart of Jesus.   Prayers of the community at Mass for that week, focused mainly on vocations.

During the week, the seminarians met the children who attend the religion classes and shared with them their reflections on the call of God for each and every one of us.

On Thursday, the community of the Seminarians joined the superiors at the afternoon Mass said in the parish church.  Seminarian Mario Mercieca talked about his call for priesthood.  Then followed the Adoration of the Holy Eucharist which lasted half an hour.

 

Images

tifkira studentiB’rabta mal-Jum Missjunarju li ġie ċċelebrat fid-dinja Kattolika nhar il-Ħadd, 20 t’Ottubru, il-Grupp Missjunarju fi ħdan is-Seminarju Maġġuri ħa ħsieb li jorganizza ġimgħa ta’ talb u attivitajiet bil-għan li jqajjem iktar kuxjenza dwar il-missjoni. It-tema għal din is-sena kienet: “Morru għamlu dixxipli mill gnus kollha” (Mt 28,19) meħuda mil-ħsieb tal-Papa Franġisku għal dan il-jum.

Matul din il-ġimgħa kemm fil-Quddiesa kif ukoll waqt it-talb komunitarju saret enfasi għall-missjunarji speċjalment dawk Għawdxin li jinsabu jagħmlu diversi ħidmiet missjunarji, kif ukoll għall-popli li jgħixu fl-artijiet tal-missjoni speċjalment dawk li qed ibatu frott sitwazzjonijiet ta’ inġustizzji u gwerrer ċivili.

Missions Week (3)Il-grupp ħa ħsieb ukoll li għal waħda mill-Quddies jistieden lil Patri Godfrey Zarb OFM Cap, Gwardjan tal-Fraternita tal-Kapuċċini f’Għawdex, fejn qasam mal-komunita’ ħsieb dwar l-esperjenza missjunarja li huwa wettaq fin-Niġerja.

B’rabta ma’ din il-ġimgħa missjunarja, il-grupp ħa ħsieb ukoll li jorganizza attivita’ fost l-istudenti tal-iskola tas-Seminarju Minuri. Waqt din il-laqgħa, il-grupp wera wkoll filmat qasir mibgħut mis-Seminarist Michael Grima li fl-esperjenza tas-Sena Intermedjarja qed iwettaq ħidma fil-Gwatemala flimkien mas-Saċerdot Għawdxi Dun Anton Grech fejn tkellem ukoll dwar il-ħidma missjunarja li hu qed iwettaq f’dan il-pajjiż.

 

Ritratti

tifkira studentiIn connection with the Missions Day that was celebrated in the Catholic world on Sunday 20th October, the Missions Group at the Major Seminary led a week of prayer and activities, with the aim of increasing awareness about the missions.  The theme for this year was: “Go therefore and make disciples of all the nations” (Mt 28,19),  taken from the words of  Pope Francis for this day.

During the week, both at Mass and at moments of communal prayer, special emphasis was laid on the work of the missionaries, especially Gozitan  missionaries.  Prayers were also said for the peoples who live in the missionary countries, especially those who are suffering as a result of injustice and civil war.

Missions Week (3)

The Missions Group invited Fr Godfrey Zarb OFM Cap, Prior of the Capuchine Order in Gozo, for the celebration of  Mass.  He shared with the community his experiences as a missionary in Nigeria.

In connection with the Missions Week, the Group organised an activity for students attending the Minor Seminary.  During this activity, the students were shown a video of Seminarian Michael Grima, who during the Intermediate Year of studies, has joined Fr Anton Grech in Gwatemala. Michael talked about his missionary work in this country.

 

Images

Mgr Salv Grima farewell (9)Wara li fit-30 ta’ Settembru kienu l-lecturers li sellmu lil Mons Salv Grima, fil-15 t’Ottubru kien imiss lill-komunita’ tas-Seminarju li tirringrazzja u ssellem lil Dun Salv fi tmiem il-ħidma tiegħu bħala Prifett tal-Istudji fis-Seminarju Maġġuri. Dun Salv iċċelebra il-Quddiesa flimkien mas-superjuri tas-Seminarju u s-seminaristi fejn radd ħajr lil Alla għall-ħidma li wettaq fis-seminarju, u wara  kien mistieden għaċ-ċena. B’apprezzament fi tmiem l-ikla huwa ġie mogħti nkwadru bix-xbieha tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni meqjuma fil-Kappella tas-Seminarju bħala tifkira.

Ta’ min jgħid li tul il-ħidma tiegħu fis-Seminarju, kienu bosta is-seminaristi li fittxew l-għajnuna u l-gwida ta’ Dun Salv, ħafna minnhom illum qed iwettqu ħidma pastorali diversa bħala Presbiteri fid-Djoċesi Għawdxija u lil hinn minnha.

 

Ritratti

Mgr Salv Grima farewell (9)Following the farewell to Mgr Salv Grima by the lecturers on the 30th September, it was the turn of the community of the Seminary to show gratitude to Mgr Grima on his retirement as Prefect of Studies in the Major Seminary.  Mgr Grima was accompanied by the superiors of the Seminary and the Seminarians in the celebration of a Thanksgiving Mass to God.  After Mass, Mgr Grima joined the community at dinner.  As a sign of appreciation, Mgr Grima was presented with a picture of the statue of the Immaculate Conception which is venerated at the Seminary Chapel.

While he was acting as Prefect of Studies at the Seminary, many seminarians sought his help and guidance.  A number of these seminarians are now engaged in pastoral work as priests in the Diocese of Gozo and beyond our shores.

 

Images

Meetings with a pastoral orientation (1)Bħala parti mill-formazzjoni tas-seminaristi, minn din is-sena is-seminarju ħa l-inizjattiva li jibda’ jorganizza laqgħat b’orjentament pastorali. Dawn il-laqgħat ser iservu biex is-seminaristi jsiru jafu aħjar bid-diversi grupp, għaqdiet u ħidmiet pastorali li għandna fid-Djoċesi tagħna waqt li jiffamiljarizzaw aktar ruħhom ma’ dawn l-għaqdiet u l-ħidma li qed iwettqu.

L-ewwel laqgħa bdiet nhar l-Erbgħa, 9 t’Ottubru fejn il-kelliem kien Dun Giovanni Curmi, Segretarju Pastorali Djoċesan. Waqt din il-laqgħa, Dun Giovanni qasam magħna l-ħidma li d-djoċesi qed twettaq b’rabta mal-viżta pastorali li l-isqof ser ikun qed iwettaq fid-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll l-iskop u r-riżultati li bħala Knisja tixtieq li joħorġu minn din il-vista.

Meetings with a pastoral orientation (4)Huwa tkellem ukoll magħna dwar il-pjan pastorali li d-djoċesi ser tkun qed tniedi għas-sentejn li ġejjin bl-iskop li tgħin lill-insara imma wkoll lill-komunita’ Għawdxija tkompli tagħraf il-preżenza u l-imħabba ta’ Alla.

Meetings with a pastoral orientation (1)As part of the seminarians’ formation, the seminary has this year taken the initiative to organize meetings with a pastoral orientation.  Through these meetings, the seminarians will familiarize themselves with the various groups and organizations and with the pastoral work carried on in the Diocese.

The first meeting was held on Wednesday, 9th October.  The speaker was Fr Giovanni Curmi, Pastoral Secretary for the Diocese.  During this meeting, Fr Curmi talked about the preparations for the coming pastoral visit which the Bishop will be paying to the various parishes of the Diocese of Gozo.  He talked also about the aim of the visit and the results that the Church is expecting to reap from this visit.

Meetings with a pastoral orientation (4)He explained the pastoral plan that the Diocese will be following in the coming two years.  The aim of this pastoral plan is to help Christians and the Gozitan community as a whole to continue to feel the presence of God and His love for us.

Mass for Vocations (5)Nhar it-Tlieta, 7 t’Ottubru, il-komunita’ tas-Seminarju kienet mistiedna mill-Komunita tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali fir-Rabat, sabiex tieħu sehem fil-Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp ta’ Copertino. Wara t-talba tar-Rużarju li kienet animata mis-seminaristi, ir-Rettur flimkien mas-Superjuri tas-Seminarju ċċelebra l-Quddiesa fejn qasam ukoll riflessjoni fuq il-ħajja ta’ San Ġuzepp ta’ Copertino u kif dan il-qaddis jista’ jservi ta’ mudell għas-seminaristi fil-formazzjoni tagħhom kif ukoll għal dawk li qed jiddixxernu l-vokazzjoni tagħhom.

Fi tmiem il-quddiesa, il-Gwardjan, Patri Joe Scerri OFM Conv. ippreżenta lir-rettur relikwija ta’ San Ġużepp ta’ Kopertino sabiex tinżamm fis-seminarju kif ukoll inkwadru bix-xbieha tal-Qaddis li hemm meqjuma fil-Knisja tagħhom. Wara imbagħad ppreżenta lis-seminaristi ktieb dwar il-ħajja tal-Qaddis.

 

Ritratti

Mass for Vocations (5)On Tuesday, 7th October, the community of the Seminary was invited by the Community of Franciscan Monks of Victoria to take part in the Mass celebrated on the feast of St Joseph of Copertino.  First, the congregation said the Rosary which was animated by the Seminarians, and then the superiors of the Seminary joined the Rector for the celebration of Mass.  During the homily, the Rector shared with the congregation his reflections on the life of St Joseph of Copertino.  He showed how this saint can be a model to the seminarians during their years of formation and a model also to those who are still in the phase of discerning their vocation.

At the end of the Mass, Prior Fr Joe Xerri, OFM Conv., presented to the Rector a relic of St Joseph of Copertino to be kept in the chapel of the Seminary.  He presented also a framed picture with the image of the Saint which is venerated in their church.   The seminarians were presented  a book about the life of the Saint.

 

Images