Bħas-snin l-imgħoddija, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġuzepp, is-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw sports day għall-abbatini u għall-istudenti tal-vokazzjonijiet tad-djoċesi.
Għadd ta’ tfal u adoloxxenti nġabru fis-Seminarju fid-9.00am. L-attività bdiet permezz ta’ mument ta’ talb immexxi minn Fr Michael Curmi, Viċi Rettur tas-Seminarju u Direttur Djoċesan tal-Vokazzjonijiet. Wara li l-parteċipanti ġew imqassma f’erba’ gruppi, ingħata bidu għal-logħob. Il-logħob kien jinkludi football, sackrace, obstacle rece u tug of war fost l-oħrajn. L-attivita’ intemmet fis-2.00pm.
Fi tmiem din il-ġurnata sabiħa tqassmet tifkira lil kull min attenda, magħmula mis-seminaristi stess. L-abbatini kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mas-seminaristi f’ambjent differenti minn dak li soltu jiltaqgħu magħhom. Kellhom ukoll il-possibbiltà li jiltaqgħu mal-abbatini ta’ parroċċi oħrajn u magħhom jaħdmu f’team-work għal għan wieħed.