News

IMG_4705Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru l-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju flimkien mas-Seminarju u voluntiera oħra organizzaw l-Ikla ta’ San Martin.  L-ikla għandha skop ta’ ġbir ta’ fondi.  Din l-ikla għandha storja twila ħafna u dejjem ġiet marbuta mal-festa ta’ San Martin ta’ Tours li taħbat fil-11 ta’ Novembru.  Din is-sena wkoll, kien hemm numru sabiħ ta’ nies li attendew u kellhom ix-xorti li tul l-ikla jiġu servuti mis-seminaristi.  Hi tradizzjoni antika li s-seminaristi, waqt din l-ikla jagħmluha ta’ waiters.  Fi tmiem l-ikla Mons. Isqof u Dun Tony Sciberras mssp raddew ħajr lil kulħadd għall-preżenza tagħhom.

 

Ritratti

IMG_4705On Saturday November 14th, the Aħwa Ħbieb tas-Seminarju, together with the Seminary community and volunteers, organised a fund-raising activity which consisted of a dinner linked with the feast of St Martin of Tours, celebrated on November 11thThis activity has a long history, and, as usual, it was attended by a great number of guests who were served at table by the seminarians.  Serving at table is a traditional role that the seminarians play every year.  At the end of the activity, Bishop Grech and Fr Tony Sciberras MSSP thanked the guests for having participated in the activity.

 

Images

IMG_4682Wara li Sr Maria Micallef FCJ temmet il-ħidma tagħha fis-Seminarju u ħalliet il-komunità tagħna tul is-sena li għaddiet, il-komunità kollha kienet qed tistenna li titħabbar il-miġja ta’ soru oħra.  Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru filgħaxija, b’sorpriża, ġejna nfurmati li ngħaqdet soru ġdida.  Dlonk kulħadd mar isellmilha.  Din hi Sr Pierantonia Muscat FCJ.  Sr Pierantonia hija min-Nadur u issa se tkun qed taqdi fis-Seminarju flimkien ma Sr Giuseppina.

Merħba fostna Sr Pierantonia!

IMG_4682The Seminary community gives a hearty welcome to Sr Pierantonia Muscat FCJ, who is replacing Sr Maria Micallef FCJ. Sr Maria left our community last year.  To our surprise, the new member in our community arrived on Wednesday, November 11th. Sr Pierantonia Muscat hails from Nadur. She will be joining Sr Giuseppina in giving service at the Seminary.

Welcome to our Community!

Bejn il-Ġimgħa 23 u l-Ħadd 25 ta’ Ottubru l-komunità tas-Seminarju kienet Malta għal Human Formation Weekend.  Dan sar fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat u tmexxa minn Fr Dunstin Xuereb, saċerdot żagħżugħ li studja l-psikoloġija.  Fr Dunstin qassam dan il-weekend f’erba’ sessions fejn prinċipalment tkellem fuq stress management, time management, self care u peer pressure.  Kien hemm ukoll mumenti ta’ sharing fuq is-suġġetti diskussi.  Minbarra dawn il-mumenti ferm sbieħ li żgur kienu ta’ għajnuna għas-seminaristi, kien hemm ukoll mumenti ta’ talb flimkien.  Filgħaxijiet is-seminaristi kellhom ħin liberu flimkien.

 

Ritratti

Between Friday 23rd and Sunday 25th October, the community of the Seminary was in Malta for a Human Formation Weekend.  The Archbishop’s Seminary at Rabat hosted us for this weekend.  The weekend was divided into four sessions which were led by Fr Dunstin Xuereb, a young expert in psychology.  The topics of the sessions were stress management, time management, self care and peer pressure. The sessions were followed by discussions related with the topics.  Besides these discussions, which were surely helpful to the seminarians, there were also moments of communial prayer.  In the evenings the seminarians spent some free time together.

 

Images

IMG_4594Nhar il-Ħadd li għadda, 18 t’Ottubru, il-Knisja ċċelebrat Jum il-Missjoni.  Dan hu jum fejn kulħadd huwa mistieden jirrifletti u jagħraf kif jista’ jaqdi s-sejħa tiegħu biex ikun missjunarju fl-ambjent li hu jgħix fih.  Hu mument li fih nitfgħu ħarsitna fuq il-Knisja li tinsab ’il barra minn pajjiżna, speċjalment fil-pajjiżi tat-tielet dinja.

F’din l-okkażjoni l-Grupp Missjunarju fi ħdan il-komunità tas-Seminarju jieħu ħsieb iħejji ġimgħa ta’ attivitajiet.  B’hekk anki s-seminaristi jkunu jistgħu jilqgħu s-sejħa li jkunu missjunarji!  Għal din is-sena, it-tema magħżula kienet: Fidi + Karità = Missjoni.  Kuljum, bejn it-Tlieta 13 u s-Sibt 17 ta’ Ottubru sar talb partikulari għall-missjoni f’kull kontinent.  Stajna nagħrfu li barra l-ħafna sorijiet u lajċi missjunarji li ħarġu minn Għawdex tagħna, hemm ukoll kwantità kbira ta’ saċerdoti u patrijiet (’il fuq minn 60) li sal-lum għadhom jaqdu fil-Knisja ’l bogħod minn pajjiżna.

IMG_4599Minn din is-sena, kull tielet Ħamis tax-xahar filgħodu, bħala komunità tas-Seminarju, se ningħaqdu mas-sorijiet Klarissi fil-monasteru tagħhom, Nazaret, fir-Rabat sabiex magħhom nitolbu t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum u wara niċċelebraw il-Quddiesa.  Għalhekk nhar il-Ħamis 15 t’Ottubru filwaqt li fakkarna t-tifkira ta’ Santa Tereża t’Avila tajna bidu għal dawn il-Ħamisijiet għand il-Klarissi.  Il-Grupp Missjunarju stieden lill-E.T. Mons. George Bugeja ofm sabiex imexxi l-Quddiesa u jaqsam magħna l-esperjenza missjunarja tiegħu.

Mument mill-isbaħ kien il-Ħamis wara nofsinhar fejn il-Grupp Missjunarju żar l-iskola tas-Seminarju Minuri u wassal il-messaġġ missjunarju lill-istudenti kollha tal-iskola!

 

Ritratti

IMG_4594Last Sunday, October 18, the Church celebrated Missions Day.  On this day, the Christians are invited to reflect on and understand how they can be missionaries in the environment they live in.  On this day too, we are invited to think about the Church in Third World Countries.

For Missions Week, the Missions Group within the Seminary Community organizes a number of activities.  In this way, the seminarians too can embrace the call to be missionaries.  The theme for this year was: Faith + Charity = Missions.  Every day, between Tuesday and Saturday, October 13 to 17, special prayers were said for the missions of each continent.  We could appreciate the fact that besides the many nuns and lay missionaries who serve the missions, there are still more than 60 priests and monks who are working in parishes abroad.

IMG_4599During this year, in the morning of every third Thursday of the month, the Seminary community joins the Poor Clares at Nazaret, their monastery at Victoria.  We recite the Lauds and then we celebrate Mass.  Thursday, October 15, was our first Thursday at Nazaret.   We celebrated the feast of St Therese of Avila and then we participated in the Mass led by His Excellency Mgr George Bugeja, whom the Missions Group had invited to share his missionary experiences with us.

In the afternoon of the same Thursday, the Missions Group paid a visit to the Minor Seminary.  Members of the group delivered a message about the missions to all the students of the school.  It was a visit worth remembering.

 

Images

 

IMG_4578Nhar it-Tnejn 12 ta’ Ottubru ngħaqad mal-komunità tas-Seminarju ż-żgħażugħ li se jibda l-esperjenza tas-Sena Propedewtika.  Joseph Bajada mill-parroċċa ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra se jkun qed jagħmel l-esperjenza tal-Propedewtika fis-Seminarju. Hu għandu programm speċifiku għalih imqassam tul il-ġimgħa bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa.  Fin-nofstanhar ta’ filgħodu jmur fuq il-post tax-xogħol, li s-Seminarju assenjalu.  Waranofsinhar Joseph jingħaqad mal-bqija tal-komunità għall-attivitajiet li jsiru fis-Seminarju.  Tul din is-sena Joseph ser jagħmel ukoll xi korsijiet introduttorji għall-filosofija u għat-teoloġija.  Is-sena Propedewtika tkun għalih ukoll mument importanti ta’ riflessjoni u ta’ dixxerniment biex fi tmiemha jressaq t-talba biex jiġi aċċettat għall-ewwel sena tal-kors bħala seminarista.  Merħba fostna Joseph!

IMG_4578On Monday, 12th October, Joseph Bajada from the parish church of Marija Bambina, started his one year propaedeutic course at the Seminary.  He is to follow a specific programme spread over the week, from Monday to Friday.  During the morning he is at work, a job assigned to him by the Seminary, and then, in the afternoon, he joins the seminary community in the activities at the Seminary.  During this year, Joseph is going to follow introductory courses in philosophy and theology.  The propaedeutic year will be for him a year of reflection and discernment and at the end of the year he will present his request to be accepted as a first year seminarian.  Welcome, Joseph!

IMG_4553Nhar il-Ħamis 8 ta’ Ottubru ħabat l-ewwel Ħamis mid-disa’ Ħamisijiet ta’ talb għall-vokazzjonijiet.  Filgħodu bdejna bil-Quddiesa fil-Kappella tas-Seminarju u wara saret l-esposizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija.  L-adorazzjoni kompliet fis-skiet sal-4.00pm.  Filgħaxija l-komunità tas-Seminarju ngħaqdet flimkien ma’ dik tal-Għarb għal siegħa adorazzjoni fil-bażilka tal-Viżitazzjoni fl-Għarb.  Fl-ewwel parti tal-adorazzjoni r-Rettur, Fr Tony Sciberras mssp, għamel ħsieb marbut mas-sejħa li kull imgħammed għandu biex iwettaq ir-rieda ta’ Alla.  Dan għamlu billi kkwota siltiet mir-riflessjonijiet ta’ Dun Mikiel Attard.  Fit-tieni parti mbagħad, is-seminaristi mexxew it-talba tar-Rużarju b’meditazzjonijiet marbuta mas-sejħat li għamel Alla fl-Iskrittura.  Fi tmiem l-adorazzjoni r-Rettur ta l-Barka Sagramentali u wara l-Arċipriet Mons. Joseph Sultana rringrazzja lis-Seminarju talli ngħaqad mal-komunità tal-Għarb għal dan il-mument ta’ talb.  L-adorazzjoni li jmiss se ssir il-Ħamis 12 ta’ Novembru.  Dakinhar, sal-4.00pm it-talb isir fil-kappella tas-Seminarju u fis-7.00pm fil-Bażilka ta’ Marija Bambina fix-Xagħra.

 

Ritratti

IMG_4553Thursday 8th October was the first of nine Thursdays of prayer for vocation.  In the morning, Mass was celebrated in the Seminary Chapel and then the exposition of the Holy Eucharist and Adoration in silence followed.  The Adoration in silence ended at 4.00pm.  In the evening, the Seminary community joined the community of Gharb for an hour of Adoration in the Basilica of the Visitation at Gharb. In the first part of the Adoration, the Rector, Fr Tony Sciberras MSSP shared with us his thoughts about the call of every baptised person to do God’s will.   He quoted selections from the reflections of Fr Mikiel Attard.  In the second part, the seminarians led the recitation of the Rosary with meditations associated with God’s calls in the Sacred Scripture.  At the end of the Adoration, the Rector blessed the congregation with the Holy Eucharist. Archpriest Mgr Joseph Sultana thanked the Seminary community for joining the community of Gharb in this day of prayer.  The next day of Adoration will be on Thursday 12th November.  Prayers will be said in the Seminary Chapel till 4.00pm and at the Basilica of Maria Bambina at Xaghra at 7.00pm.

 

Images