News

Il-programm tas-Sibt 19 ta’ Mejju kien xi ftit differenti minn tas-soltu.  Il-komunità sebħet kmieni sabiex tagħmel il-pellegrinaġġ annwali lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-Għarb. L-atmosfera kalma ta’ filgħodu għenet sabiex il-komunità titlob it-talba tar-Rużarju. X’ħin wasalna fis-Santwarju, l-komunità nġabret fil-kappella tad-dehra u hemm ġiet iċċelebrata l-Quddiesa.  Wara l-Vanġelu, b’id waħda fuq il-Kelma ta’ Alla, quddiem ix-xbieha tal-Assunzjoni ta’ Marija u fil-preżenza tal-Ewkristija, id-djaknu Joseph Hili għamel il-wegħda taċ-ċelibat  u l-professjoni tal-fidi, qabel l-Ordinazzjoni Presbiterali

Id-djaknu Joseph se jiġi ordnat presbiteru fil-Katidral ta’ Għawdex nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju.

The programme of activities for Saturday 19th May was different from the usual programme.  The community left the Seminary early in the morning for its annual pilgrimage to the Sanctuary of Our Lady of Ta’ Pinu at Għarb.  The calm morning atmosphere helped the community concentrate more on the recital of the Rosary, the prayer advocated by the Virgin Mother.

When we arrived at the Sanctuary, the community retreated to the inner chapel where Mass was celebrated.  After the reading of the Gospel, Deacon Joseph Hili made the vows preceding the Priestly Ordination

The Priestly Ordination of Deacon Joseph is to be celebrated in the Gozo Cathedral on Friday, 15th June.

20180426_171216Is-Seminarju organizza seminar ta’ aġġornament lil dawk li kienu interessati jkunu jafu iktar dwar it-teorija tal-gender. Is-seminar kien jinkludi 5 sessjonijiet li saru kull nhar ta’ Ħamis fis-Seminarju stess. L-attendenza kienet numeruża u żgur li kull min attenda rċieva nformazzjoni utli ħafna fid-dinja tal-lum.

20180426_171216The Gozo Major Seminary organised a seminar on the theory of gender. The seminar was organised for all persons interested in getting to know more about this theory.  The seminar was spread over five sessions, held at the Seminary on five consecutive Thursdays.  Many people attended the seminar and showed their appreciation of the useful information they received on this topic.

IMG_0130On Friday 27th and Saturday 28th April, the Seminary community invited Dr Joseph G Agius to address a seminar on Public Speaking skills.  Dr Agius gave practical tips that may be useful whenever a person plans to address an audience.  It was an interesting seminar which delved deeply into the theme and the seminarians appreciated the information received.  They will surely use the tips when they chair a meeting and when they preach to a congregation.

IMG_0130Nhar il-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ April fis-seminarju sar seminar dwar Public Speaking skills. Is-seminar tmexxa minn Dr Joseph G. Agius, speech language pathologist. Dr Agius offra għajnuniet prattiċi fuq kif wieħed jista’ jħejji ruħu tajjeb biex jitkellem fil-pubbliku. Kien seminar u utli speċjalment għal-laqgħat u forom oħra ta’ diskors pubbliku.

IMG_9854On Tuesday evening, 17th April, Form 4 and Form 5 students were invited to join the seminarians at the Seminary.  The evening started with moments of prayer followed by the Adoration of the Blessed Sacrament and then the students joined the seminarians at supper. A football match concluded the evening.  The students welcomed this evening of relaxation which offered a break from the examinations.

IMG_9854Nhar it-Tlieta 17 ta’ April filgħaxija s-seminaristi stiednu lill-istudenti tal-Forms 4 u 5 biex jinġabru fis-Seminarju.  Wara li huma ngħaqdu mal-komunità ġie organizzat mument ċkejken ta’ talb f’ambjent differenti mis-soltu. Wara li sar mument ta’ adorazzjoni ewkaristika, dawk kollha preżenti marru jieklu flimkien.  Kulħadd ħareġ kuntent bl-ikel li ħejjiet il-kċina tas-Seminarju!  Fi tmiem l-ikla, l-istudenti flimkien mas-seminaristi lagħbu flimkien logħba futbol. Dan kien mument ta’ mistrieħ għall-istudenti, li bħalissa wħud minnhom qed jagħmlu l-eżamijiet!