News

Attività vokazzjonali għall-istudenti tal-Forms 4 u 5

IMG_9854Nhar it-Tlieta 17 ta’ April filgħaxija s-seminaristi stiednu lill-istudenti tal-Forms 4 u 5 biex jinġabru fis-Seminarju.  Wara li huma ngħaqdu mal-komunità ġie organizzat mument ċkejken ta’ talb f’ambjent differenti mis-soltu. Wara li sar mument ta’ adorazzjoni ewkaristika, dawk kollha preżenti marru jieklu flimkien.  Kulħadd ħareġ kuntent bl-ikel li ħejjiet il-kċina tas-Seminarju!  Fi tmiem l-ikla, l-istudenti flimkien mas-seminaristi lagħbu flimkien logħba futbol. Dan kien mument ta’ mistrieħ għall-istudenti, li bħalissa wħud minnhom qed jagħmlu l-eżamijiet!

Share it on