News

Attività tal-Milied għall-Gruppi tal-Abbatini u l-Vokazzjonijiet

Christmas activity for vocational groups (2)Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru, l-abbatini u l-membri tal-gruppi tal-vokazzjonijiet kienu mistiedna s-Seminarju fejn ta’ kull sena tiġi organizzata għalihom attività tal-Milied.  Din is-sena wkoll, grupp sabiħ ta’ tfal attendew għal din l-attività.

L-attività bdiet b’laqgħa fis-sala tas-Seminarju, immexxiha mid-Djaknu Daniel Sultana.  Wara dawk preżenti ġew imqassma fi tliet gruppi: tal-primarja, tal-forms 1 u 2 u tal-forms 3 u 4 sabiex jieħdu sehem f’xi logħob u attivitajiet oħra li ġew organizzati għalihom mis-seminaristi.

Fi tmiem l-attività Mons. Isqof żar lil kull grupp ta’ tfal u wrihom l-apprezzament tiegħu għas-servizz li huma jwettqu fil-knejjes parrokkjali u fil-kappelli li hawn imxerrda madwar Għawdex.  Awguralhom l-isbaħ xewqat għall-Milied u f’isem is-seminaristi ppreżentalhom ir-rigal tal-Milied.

Christmas activity for vocational groups (19)

Intant filgħaxija ġiet organizzata attività għall-membri tal-gruppi tal-vokazzjonijiet minn form 5 il-fuq. L-attività bdiet b’mumenti ta’ talb u adorazzjoni flimkien mas-seminaristi fil-Kappella u wara setgħu iqattgħu ftit ħin flimkien. L-attività kienet imżewqa b’logħob, ikel, kif ukoll b’mumenti rikreattivi fejn l-istudenti u s-seminaristi kellhom iċ-ċans li jitkellmu u jsiru jafu aħjar lil xulxin.

 

Ritratti

Share it on