News

Attivita’ għall-gruppi tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju

Activity for vocation groups (5)Bħala parti mill-attivitajiet misjuba fil-pjan ta’ ħidma vokazzjonali fid-Djoċesi ta’ Għawdex, nhar s-Sibt, 9 ta’ Novembru, fis-Seminarju ġiet organizzata attivita’ għall-istudenti minn Forms 2 sa 5 li huma membri fil-gruppi tal-Abbatini u tal-Vokazzjonijiet.

L-attivita’ bdiet b’laqgħa mmexxija mis-seminaristi bit-tema tkun ‘l-importanza li nkun naf x’nixtieq u anke x’jixtieq Alla minni’. F’din il-laqgħa s-seminaristi ppruvaw juru lil dawn l-istudenti l-importanza li wieħed ikun konxju tax-xewqat tiegħu, għax Alla jista’ jagħmel użu minn dawn ix-xewqat biex jgħin lill-bniedem jiskopri l-vokazzjoni tiegħu.

L-attivita’ imbagħad kompliet b’mument qasir ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li saret fil-kappella ta’ fuq tas-Seminarju Maġġuri. Il-laqgħa ntemmet bi ftit ħin ta’ rikreazzjoni fejn l-istudenti kellhom iċ-ċans li jsiru jafu aħjar lil xulxin kif ukoll li jiltaqgħu mas-seminaristi waqt li jieklu xi ħaġa u jilgħabu xi logħba futbol fil-bitħa tas-Seminarju.

 

Ritratti

Share it on