Is-Sibt 16 ta’ Diċembru filgħodu, bosta abbatini nġabru fis-Seminarju għall-attività tal-Milied. Il-laqgħa saret fil-bitħa tas-Seminarju. Matthew Bajada mexxa l-laqgħa u tkellem fuq il-paċi fid-dinja. Dan kollu ġie spjegat bil-għajnuna ta’ rappreżentazzjoni qasira marbuta ma’ din it-tema.
Wara s-seminaristi qassmu lit-tfal fi tliet gruppi, organizzawlhom logħob adattat għall-okkażjoni u anki pprovdewlhom xi snacks. Mons. Isqof Mario Grech żar lill-gruppi u tkellem mat-tfal. Fl-aħħar tal-attività s-seminaristi qassmu r-rigal tal-Milied imħejji minnhom għal din l-okkażjoni.