News

Attività għall-Abbatini u għall-Gruppi tal-Vokazzjonijiet

img_1771Is-Sibt 10 ta’ Diċembru filgħodu, bosta abbatini nġabru fis-Seminarju għall-attività tradizzjonali tal-Milied organizzata mis-Seminaristi.  L-attendenza għal din l-attività kienet sabiħa ħafna.

Bħas-sena l-oħra, il-laqgħa saret fil-bitħa tas-Seminarju. Fil-bidu, Mons. Isqof għadda messaġġ lil dawk preżenti. Is-seminarista Matthew Bajada mexxa l-laqgħa u tkellem fuq x’attitudni għandu jkollu n-nisrani f’dan iż-żmien tal-Milied, attitudni ta’ għajnuna lil ħaddieħor. Hu qal li dan huwa possibli jekk inħallu ’l qlubna timtela bl-imħabba t’Alla. Waqt il-laqgħa is-seminarista Joseph Hili libes ta’ San Nikola. Dan il-mument ferraħ mhux ftit lit-tfal!

Wara, is-seminaristi qassmu lit-tfal fi tliet gruppi, organizzawlhom logħob differenti, pprovdewlhom xi snacks u qassmu tifkira ta’ din l-okkażjoni lil kull min kien preżenti.

Ritratti

Share it on