News

Attività għall-Abbatini u għall-Gruppi tal-Vokazzjonijiet

Is-Sibt 13 ta’ Diċembru filgħodu,IMG_2335 bosta abbatini nġabru fis-Seminarju għall-attività tal-Milied.  Din is-sena l-attendenza għal din l-attività kienet sabiħa ħafna.

Fid-9.00am saret laqgħa li mexxiha Joseph Attard.  Hu tkellem fuq is-sejħa li żmien il-Milied jagħmlilna biex inkunu ġenerużi u nitgħallmu nkunu aħna l-ewwel li nagħtu rigal lil xi ħadd ieħor.  Fi tmiem il-laqgħa, Fr Tony Sciberras, ir-rettur il-ġdid, għamel messaġġ ċkejken ta’ apprezzament lill-abbatini filwaqt li awguralhom għall-Milied.

Wara s-seminaristi qassmu lit-tfal fi tliet gruppi, organizzawlhom logħob adattat għall-okkażjoni u anki pprovdewlhom xi snacks.  Mons. Isqof Mario Grech żar lill-gruppi u qassam lill-abbatini r-rigal tal-Milied, li s-seminaristi kienu ħejjew għal din is-sena.

Ritratti

Share it on