Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ Kristu Re, l-Uffiċċju tal-Katekeżi stieden lis-seminaristi biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni għat-tfal tal-iskejjel primarja, li seħħet fil-knisja parrokkjali tal-Qala.
Is-seminaristi ħejjew programm dwar il-ħajja ta’ San Alwiġi Gonzaga, billi din is-sena taħbat l-erba’ mija u ħamsin sena minn twelidu. Iċ-ċelebrazzjoni inkludiet taħdita qasira u dramm fuq il-qaddis. Dan il-qaddis għandu jservi bħala mudell għaż-żgħażagħ biex jgħinu, iħobbu u jservu lill-proxxmu. Fl-aħħar tal-programm, kull tifel u tifla ngħataw keychainbil-kliem #serve2love, biex tfakkarhom iħobbu u jservu lil xulxin.
It-tfal ġabu magħhom oġġetti tal-ikel biex jingħataw lis-Seminarju, li jiddependi mill-ġenerożità tal-komunità Għawdxija.
Ritratti: Charles Spiteri