News

Aġġornament għall-Kleru

Bejn l-14 u s-16 ta’ Frar 2012 is-Seminarju Maġġuri, flimkien mal-Kummissjoni Kleru, organizza tlett ijiem ta’ aġġornament għall-Kleru bit-tema: “Bin il-bniedem se jsib fidi fuq l-art meta jiġi?” (Lq 18,8).  Dan sar bi tħejjija għas-Sena tal-Fidi mnedija mill-Papa Benedittu XVI u li se tiftaħ f’Ottubru li ġej, kif ukoll bi tħejjija għall-viżta pastorali li Mons. Isqof Mario Grech se jagħmel fid-djoċesi ta’ Għawdex fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi.  Fl-ewwel jum tkellem Fr Hector Scerri SThD dwar “L-esperjenza tal-fidi, fid-dawl tal-ittra appostolika ‘Porta fidei’ tal-Papa Benedittu XVI”.  Fit-tieni jum tkellem Fr Renè Camilleri SThD dwar “L-evanġelizzazzjoni l-ġdida”, u fit-tielet jum il-Prof. Oliver Friggieri dwar “Il-proposta tal-fidi lis-soċjetà Maltija tal-lum u ta’ għada”.  Il-laqgħat saru fis-sala tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù u għalihom attendew għadd sabiħ ta’ saċerdoti djoċesani u reliġjużi kif ukoll is-seminaristi.

 

Share it on