News

Ġiet iċċelebrata l-Festa tal-Kunċizzjoni

img_1677Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, il-Knisja Kattolika ċċelebrat is-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Din il-festa għandha wkoll rabta mas-Seminarju, minħabba li l-Kappella tas-Seminarju għandha bħala titular tagħha l-Immakulata Kunċizzjoni.

Il-Ħamis 7 ta’ Diċembru, lejliet is-solennità, saret ġurnata adorazzjoni b’talb għall-vokazzjonijiet fil-kappella. Waqt il-quddiesa ta’ filgħodu d-djaknu Joseph Hili għamel ħsieb qasir. Filgħaxija, is-seminaristi taw is-servizz tagħhom fil-kant tal-Għasar fil-Katidral u wara animaw siegħa adorazzjoni b’talb marjan fil-kappella tas-seminarju. L-adorazzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali. Il-Ġimgħa filgħodu tlabna l-Uffiċċju tal-Qari u tkanta t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum fil-Kappella. Fit-8.00am is-seminaristi taw is-servizz tagħhom fil-Pontifikal fil-Katidral u filgħaxija tlabna it-talba tar-rużarju.

Share it on