News

Merħba lill-Propedewtiċi

22281652_795497067298260_837319501666592475_nNhar it-Tnejn 9 ta’ Ottubru ngħaqdu mal-komunità tas-Seminarju l-erbgħa żgħażagħ li se jibdew l-esperjenza tas-Sena Propedewtika.

Samuel Aquilina u Ġorġ Pisani mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, ir-Rabat, u Matthew Attard mill-parroċċa ta’ San Ġwann il-Battista, ix-Xewkija se jkunu qed jgħixu l-esperjenza tal-Propedewtika fis-Seminarju. Magħhom ingħaqad ukoll Carlos Fernando Vargas Tobar mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Puerto Barrios, fil-Vigarjat Apostoliku ta’ Izabal (li fih hemm il-missjunarju Għawdxi Dun Anton Grech), li ġie mibgħut biex jgaħmel il-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju tagħna. Għal din is-sena, Carlos se jsegwi programm simili għal tal-Propedewtika, imma se jkun residenti fid-dar parrokkjali tal-parroċċa Ta’ Sannat.

Fost affarijiet oħra, il-propedewtiċi jkollha esperjenza ta’ xogħol part-time f’Għawdex, jattendu għal korsijiet introduttorji fil-filosofija u t-teoloġija, u jkunu mal-bqija tas-seminaristi għat-talb, għall-ikel u f’xi mumenti oħra. Wara din is-sena, jistgħu jerġgħu jressqu t-talba lill-Isqof sabiex jibdew l-ewwel sena ta’ formazzjoni bħala seminaristi.

Merħba lkoll fostna!

Share it on