News

Ħames Ħamisijiet ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

Anki din is-sena, il-komunità tas-Seminarju ta’ Għawdex qed torganizza ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika kull l-ewwel Ħamis tax-xahar, bl-għan li jsir talb għall-vokazzjonijiet. L-ewwel adorazzjoni ta’ din ix-xorta saret nhar il-Ħamis 5  ta’ Ottubru 2017.

Il-quddiesa fis-6.30am u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum kienu miftuħa għall-pubblika. Wara, kompliet l-espożizzjoni tul il-ġurnata kollha, bi preżenza kontinwa ta’ nies. F’nofsinhar is-seminaristi flimkien ma’ dawk preżenti talbu t-Talba ta’ Nofs il-Jum u fis-7.00pm id-direttur spiritwali anima l-aħħar siegħa talb. Il-Jum Adorazzjoni ntemm fit-8.00pm permezz tal-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis ta’ talb li jmiss se jkun nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru.

Santa Vokazzjonijiet2

Share it on