News

Quddiesa fi tmiem is-Sena ta’ Formazzjoni

Il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju, l-għada li rritornajna mill-missjoni fil-Gwatemala, Mons. Isqof ingħaqad mal-komunità fil-kappella tas-Seminarju għall-Quddiesa fi tmiem is-Sena ta’ Formazzjoni.  Kienu mistiedna għal din il-Quddiesa l-familjari tas-seminaristi flimkien mal-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju.

Is-seminaristi bdew il-vaganzi tas-Sajf nhar is-Sibt 15 ta’ Lulju 2017. Dan il-perjodu jkun għalihom żmien ta’ esperjenzi pastorali u fih huma jqattgħu aktar ħin ma’ tal-familja tagħhom.

Share it on