News

Ġimgħa ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz

img_1363Bejn il-Ħadd, 6 u s-Sibt 12 ta’ Novembru, il-parroċċa ta’ San Lawrenz organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies saret enfasi fit-talb tal-komunita’ għall-vokazzjonijiet. Il-Ħamis 10 imbagħad, il-komunita’ kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew il-quddiesa ta’ filgħaxija u l-adorazzjoni fil-knisja parrokkjali fejn is-seminarista Gabriel Vella qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu.

Ritratti

Share it on