News

Ħamisijiet ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

Din is-sena, il-komunità tas-Seminarju ta’ Għawdex qed torganizza ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika kull l-ewwel Ħamis tax-xahar.  L-iskop hu t-talb għall-Vokazzjonijiet.  L-ewwel Adorazzjoni ta’ din ix-xorta saret nhar il-Ħamis 6 ta’ Ottubru 2016.

Il-komunità stiednet lin-nies biex jiġu fis-6.30am għall-Quddiesa li fi tmiemha saret l-espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija u wara għat-talb tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.  Tul il-ġurnata Ġesù baqa’ espost għall-adorazzjoni fis-skiet. F’nofsinhar is-seminaristi flimkien man-nies preżenti talbu t-Talba ta’ Nofs il-Jum u fis-7.30pm is-seminaristi flimkien man-nies preżenti talbu t-talba tal-Għasar.  L-Adorazzjoni ntemmet fit-8.00pm permezz tal-Barka Sagramentali.

Il-jiem ta’ Adorazzjoni Ewkaristika li jmiss se jkunu f’ dawn id-dati: 3 ta’ Novembru, 1 ta’ Diċembru, 5 ta’ Jannar, 2 ta’ Marzu, 6 ta’ April, 4 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju u jsegwu l-istess pogramm.

Ritratti

Share it on