News

Formators Ġodda għas-Seminarju tagħna

Nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2016, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech ħatar, b’effett immedjat, Rettur u Viċi Rettur ġdid għas-Seminarju ta’ Għawdex. Dun Richard Nazzareno Farrugia, mix-Xagħra, se jkun qed jieħu post Fr Tony Sciberras mssp bħala Rettur, filwaqt li Dun Gabriel Gauci se jservi bħala Viċi-Rettur u Prefett tal-Istudji.

13510854_573152872864001_6177311916814231778_nDun Richard għandu 31 sena u ġie ordnat saċerdot sitt snin ilu mill-Isqof ta’ Għawdex. Huwa kompla jistudja fl-Accademia Alfonsiana f’Ruma minn fejn kiseb il-Liċenzjat u d-Dottorat fit-Teoloġija Morali. Huwa studja wkoll il-Bioetika fis-sede Rumana tal-Università Cattolica del Sacro Cuore. F’Ruma wettaq ħidma pastorali fil-Parroċċa ta’ Sant’Injazju ta’ Antjokja. Tliet snin ilu hu nħatar segretarju tal-Isqof minn Mons. Grech u ċerimonjier djoċesan. Dun Richard  serva wkoll bħala Prefett tal-Istudji fis-Seminarju ta’ Għawdex. Tul l-aħħar ħames xhur serva wkoll bħala Viċi Rettur tas-Seminarju.

13557777_573152862864002_3464687953676068546_nDun Gabriel Gauci, minn Ta’ Kerċem u li għandu 28 sena, se jkun jieħu post Dun Richard bħala Viċi Rettur tas-Seminarju. Dun Gabriel ilu tliet snin saċerdot u dawn qattagħhom Ruma fejn kien qed jistudja fl-Università Pontificia Gregoriana minn fejn kiseb Liċenzjat fil-Filosofija. Bħalissa għadu qed jikteb it-teżi tiegħu. Matul it-tliet snin f’Ruma huwa kien kollaboratur parrokkjali fil-Parroċċa tal-Protomartiri.

Share it on