News

FESTABBATINI

13048101_798456906953550_7273986352909400816_oFestabbatini, ġiet organizzata għall-abbatini u għall-familji tagħhom, kienet organizzata mis-seminaristi fl-okkażjoni ta’ Ħadd il-Vokazzjonijiet (17 ta’ April) kif ukoll bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet djoċesani tal-Ġublew tal-Ħniena. Din inżammet quddiem is-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu. Dawk kollha li attendew setgħu jifhmu b’mod viżiv l-istorja tar-Ragħaj it-tajjeb permezz ta’ rappreżentazzjoni ħelwa u komika ta’ ragħaj – b’ħarufa ċkejkna fuq il-palk. Madwar din il-ġrajja kien idur ukoll il-messaġġ tal-Vanġelu tal-istess Ħadd.

13041484_798457110286863_2233785154143817326_oWara dan, ilkoll flimkien wara r-Ragħaj tad-Djoċesi, l-Isqof Mario Grech, dħalna f’purċissjoni mill-Bieb tal-Ħniena tas-Santwarju. Hemm sar mument ta’ talb li fih ġew involuti abbatini minn kull parroċċa. Fil-ħsieb tiegħu l-Isqof Grech qal li l-missjoni tas-saċerdot hi dik li jkun qrib tal-bniedem u jgħinu jġarrab il-faraġ ta’ Alla. “Għalina s-saċerdoti: mhux ‘in-nies’ huma tagħna, imma aħna tan-nies”. L-Isqof tenna li bħal Ġesù, ir-Ragħaj it-tajjeb, li juri mħabba partikulari lejn in-nagħġa mtertqa, hekk is-saċerdot għandu l-missjoni li jdewwi l-ġrieħi tal-bnedmin. Hu fakkar li anki llum Ġesù għadu jsejjaħ, u qal li jqis lill-gruppi tal-abbatini bħala “seminarju ċkejken” fejn “iż-żgħar jedukaw qalbhom biex tilqa’ fiha ż-żerriegħa ta’ vokazzjoni għal saċerdot jew għall-ħajja reliġjuża”.

13047741_798457663620141_1030354919315741348_oL-attività kompliet fil-pjazza tas-Santwarju, fejn l-abbatini kellhom divertiment u logħob organizzat apposta għalihom. Is-seminaristi ħadu ħsieb iħejju xi ħaġa tajba tal-ikel. Kien hemm ukoll rokna ta’ promozzjoni vokazzjonali fejn wieħed seta’ jsegwi wkoll filmati ta’ esperjenzi mill-ħajja tas-Seminarju, kif ukoll jiltaqa’ mal-Isqof u mas-seminaristi.

Ara xeni mill-attività billi tagħfas hawn.

 

Ritratti

Share it on