News

Attività għall-Abbatini u għall-Gruppi tal-Vokazzjonijiet

IMG_4996Is-Sibt 12 ta’ Diċembru filgħodu, bosta abbatini nġabru fis-Seminarju għall-attività tal-Milied.  Din is-sena l-attendenza għal din l-attività kienet sabiħa ħafna.

Il-laqgħa, b’differenza mis-soltu, saret fil-bitħa tas-Seminarju.  Carl Scerri mexxa l-laqgħa u tkellem fuq ir-rigali li nirċievu f’dan iż-żmien tal-Milied.  Hu qal li l-ikbar rigal mhu ħadd ħlief Ġesù tarbija.  Waqt il-laqgħa is-seminarista Joseph Hili libes ta Father Christmas u ddendel mal-faċċata tas-Seminarju u miegħu ġab kaxxa li fiha kien hemm xbieha ta’ Ġesù tarbija.  Dan il-mument ferraħ mhux ftit lit-tfal!  Fl-istess ħin huma kellhom l-opportunità li jieħdu t-tagħlima li l-ikbar rigal tal-Milied huwa Ġesù li ġie biex isalvana u għax iħobbna.  Din l-attività saret bil-għajnuna tal-ERRC Gozo.  Waqt l-attività sar xi filming minn CVC Video Communications biex hekk ’il quddiem se jinġabu xi shots fil-programm Għawdex Illum.  Minn hawn nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn il-persuni għall-għajnuna tagħhom.

Wara s-seminaristi qassmu lit-tfal fi tliet gruppi, organizzawlhom logħob adattat għall-okkażjoni u anki pprovdewlhom xi snacks.  Mons. Isqof Mario Grech żar lill-gruppi u tkellem mat-tfal.  Fl-aħħar tal-attività s-seminaristi qassmu r-rigal tal-Milied imħejji minnhom għal din l-okkażjoni.

 

Ritratti

Share it on