News

Jiġi fi tmiemu l-Ewwel Semestru

IMG_3124Is-seminaristi temmew l-ewwel semestru għal din is-sena nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar.  Tmiem ta’ perjodu ta’ studju jġib miegħu l-eżamijiet.  Dawn saru bejn il-Ħamis 29 ta’ Jannar u s-Sibt 7 ta’ Frar.  Fi tmiem l-eżamijiet il-komunità kellha jumejn ta’ mistrieħ f’Malta.  B’dan il-mod kulħadd kien ippreparat biex jagħti bidu għat-tieni semestru ta’ studju, li beda nhar l-Erbgħa 11 ta’ Frar, l-għada tas-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

Ritratti

Share it on