Nhar is-Sibt, 10 ta’ Mejju ġiet organizzata attività għall-membri tal-gruppi tal-abbatini u tal-vokazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Vokazzjonijiet
L-attivita’ bdiet b’laqgħa mmexxija mis-seminaristi b’rabta mal-vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża. Waqt il-laqgħa Mons. Isqof Mario Grech żar id-diversi grupp fejn wassal ukoll il-messaġġ tiegħu.
L-attivita’ imbagħad kompliet b’mument qasir ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li saret fil-kappella tas-Seminarju Maġġuri. Il-laqgħa ntemmet bi ftit ħin ta’ rikreazzjoni fejn l-istudenti kellhom iċ-ċans li jsiru jafu aħjar lil xulxin kif ukoll li jiltaqgħu mas-seminaristi waqt li jieklu xi ħaġa u jilgħabu xi logħba futbol fil-bitħa u fil-gym tas-Seminarju.