News

Laqgħa ta’ Talb għall-għaqda fost l-Insara

Ecumenical Service 2014 (2)Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda fost il-knejjes Insara, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar filgħaxija il-komunita’ tas-Seminarju ħadet sehem f’laqgħa ekumenika li ġiet organizzata fil-Knisja ta’ Santu Wistin, ir-Rabat. Din il-laqgħa tipi organizzata ta’ kull sena mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija.

Il-laqgħa tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech u minn Rev. Neill Robb, rapreżentant tal-komunita’ Anglikana. Waqt il-laqgħa kien hemm mumenti ta’ talb, kif ukoll mesaġġi mir-rapreżentanti tal-Knejjes.

Wara, fil-kunvent tal-komunita’ Agostinjana kien hemm ftit refreshments tal-okkażjoni.

 

Ritratti

Share it on