News

Lungo Passegio

Lungo Passegio (21)

Tradizzjoni li daħlet sew fil-kalendaju tas-Seminarju hija l-lungo passeggio, li din is-sena ġiet organizzata nhar il-Ħamis, 14 ta’ Novembru. Is-seminaristi flimkien mal-formators telqu bil-mixi mis-Seminarju u mxew lwjn il-wied tar-Ramla sa ma waslu fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Minn hemm imbagħad imxew mal-kosta lejn il-Qala. Il-mixja kienet ftit impennjattiva però fl-istess waqt kien mument fejn is-seminaristi setgħu jammiraw is-sbuħija tan-natura li għandna Għawdex. Nistgħu ngħidu li t-temp kien favorevoli għax wara jiem ta’ maltemp, il-Ħamis ħareġ jum xemxi li għen sabiex il-mixja tkun waħda sabiħa.

Ritratti

Share it on