Wara li fit-30 ta’ Settembru kienu l-lecturers li sellmu lil Mons Salv Grima, fil-15 t’Ottubru kien imiss lill-komunita’ tas-Seminarju li tirringrazzja u ssellem lil Dun Salv fi tmiem il-ħidma tiegħu bħala Prifett tal-Istudji fis-Seminarju Maġġuri. Dun Salv iċċelebra il-Quddiesa flimkien mas-superjuri tas-Seminarju u s-seminaristi fejn radd ħajr lil Alla għall-ħidma li wettaq fis-seminarju, u wara kien mistieden għaċ-ċena. B’apprezzament fi tmiem l-ikla huwa ġie mogħti nkwadru bix-xbieha tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni meqjuma fil-Kappella tas-Seminarju bħala tifkira.
Ta’ min jgħid li tul il-ħidma tiegħu fis-Seminarju, kienu bosta is-seminaristi li fittxew l-għajnuna u l-gwida ta’ Dun Salv, ħafna minnhom illum qed iwettqu ħidma pastorali diversa bħala Presbiteri fid-Djoċesi Għawdxija u lil hinn minnha.