News

Ħidma mal-ifqar fost il-fqar

Meta wieħed isemmi lil Madre Tereża ta’ Kalkutta, ħafna jaħsbu dwar ix-xogħol imprezzabbli li kienet twettaq din is-soru mal-ifqar fost il-fqar. Dan l-istess xogħol għadhom iwettquh il-kunventi li waqqfet din l-istess soru f’diversi postijiet madwar id-dinja. Madankollu, hemm ukoll il-Missionaries of Charity – Brothers. Dawn twaqqfu minn Madre Tereża flimkien mal-qassis Dun Ian Traverse Ball. Dawn il-brothers ma jsirux saċerdoti u jiddedikaw ħajjithom għat-talb u l-qadi ta’ dawk li għandhom l-aktar bżonn.

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Frar, Bro Gennaro u Bro Mark ġew jaqsmu magħna xi esperjenzi li jgħaddu minnhom fil-ħidma tagħhom. Spjegawlna kif huma jaħdmu biex jgħinu lin-nies joħorġu mis-sitwazzjonijiet miżeri li jkunu jinsabu fihom. Jinsistu ħafna fuq il-bżonn li jibnu relazzjonijiet ta’ ħbiberiji man-nies u jgħinuhom iħossuhom importanti, kif tassew huma. Il-ġurnata tal-ħidma tagħhom iddur fuq it-talb. Dan billi jieqfu jitolbu f’dinversi ħinijiet tul il-ġurnata biex ikunu jistgħu tassew jaqdu lil Ġesù f’dawn in-nies.

Share it on