News

Awguri tal-Ewwel tas-Sena

L-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof Mario Grech għażel is-sala tas-Seminarju tagħna biex jawgura s-Sena t-Tajba lis-saċerdoti tad-Djoċesi.  Billi din is-sena kienet ipproklamata Sena Marjana fid-Djoċesi t’Għawdex, din l-attività, li kienet saret taħt il-ħarsien ta’ replika tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu, kienet tinkludi wkoll xi ħsibijiet mill-Isqof dwar il-Madonna u dwar il-ħdima pastorali.  Il-laqgħa ntemmet b’bibita tal-okkażjoni.

Share it on