News

9 Ħamisijiet ta’ talb għall-vokazzjonijiet.

Nhar il-Ħamis, 3 t’Ottubru fis-Seminarju ingħata bidu għall-disa’ Ħamisijiet ta’ talb għall-

9 Thursdays of prayer for vocations (4)

vokazzjonijiet. Din hi laqgħa ta’ darba f’xahar fejn kull ewwel Ħamis tax-xahar fil-Kappella tas-Seminarju tiġi organizzata ġurnata ta’ Adorazzjoni Ewkaristika sabiex flimkien nitolbu għall-vokazzjonijiet. Din il-ġurnata tkun ukoll immarkata b’mumenti fejn il-pubbliku jkun jista’ jingħaqad mas-seminaristi għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, kif ukoll għaċ-ċelebrazzjoni tal-mumenti differenti tal-Liturġija tas-Siegħat. Matul dawn il-ġranet il-pubbliku ħu msejjaħ biex jiftakar aktar fil-ħtieġa ta’ vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjuzi waqt li jitlob il-Sid il-ħsad sabiex ikompli jibgħat aktar ħaddiema fl-għalqa tiegħu.

 

Ritratti 

Share it on